ARA: Inawgurat iċ-ċentru tas-saħħa ġdid f’Ħal Kirkop … Investiment ta’ €1miljun li mistenni jilqa’ mat-28000 persuna

  • Set 14, 2018 13:52
  • Miktub minn iNews

    Iktar kmieni llum, il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, fetħu uffiċjalment ċentru tas-saħħa ġdid ġewwa Ħal Kirkop. Il-proġett, li sewa mal-€1 miljun, huwa mistenni li jilqa fih mat-28000 persuna, fosthom residenti ġewwa Ħal Kirkop, il-Qrendi, iż-Żurrieq u rħula oħra fil-viċin.

    Muscat saħaq kif l-aħħar ċentru ġdid ta’ dan it-tip infetaħ iktar minn għoxrin sena ilu, fl-1999. “Sfortunatament, dan il-kunċett tħalla mal-ġenb għal ħafna snin. B’kaġun ta’ dan in-nuqqas ta’ investimenti li kien hemm fiċ-ċentri reġjonali tas-saħħa, l-isptar tagħna spiċċa mxekkel mill-operat tiegħu, minħabba l-ammont ta’ nies li resqu lejh” 

    “Permezz ta’ dan l-investiment, għal darba oħra Gvern Laburista qiegħed jipprovdi servizz ta’ saħħa sigur, tajjeb, effiċjenti u attrezzat bl-aqwa teknoloġija. Apparti l-effett dirett ta’ dan l-investiment, sejrin ikoll intaffu l-pressjoni li hemm fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana, u b’hekk nassiguraw li se jkun hemm servizz aħjar hemmhekk ukoll.”

    Intant, id-Deputat Prim Ministru ddeskriva iċ-ċentru tas-saħħa “bħala ħolqa mill-katina tal-komunità. Dan il-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ lill-ħamsin berġa tas-saħħa li għandna f’Malta u Għawdex, u li jagħmel manutenzjoni u tiġdid fi ħdan il-ċentri tas-saħħa kollha. Dak li għamilna llum, qiegħed ikompli juri kif is-saħħa għadha u tibqa prijorità ta’ dan il-Gvern.”

    Fearne saħaq ukoll kif matul is-sena d-dieħla, sejjer jinfetaħ ċentru tas-saħħa ġdid ġewwa r-Rabat, filwaqt li fiż-żmien li ġej, sejrin joħorġu t-tenders għall-bini taċ-ċentru tas-saħħa ġewwa Raħal Ġdid. “Sejrin inkomplu naħdmu mat-tobba tal-Komunità, u nerġgħu nassiguraw li ċ-ċittadini jkollhom moħħhom mistrieħ mill-kwalita tal-kura mogħtija fil-komunità u fil-lokal tagħhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook