Awwissu jġib miegħu 312-il siegħa ta' xemx u 53.8mm ta' xita

  • Set 14, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews

    Awwissu beda fuq nota sħuna bit-temperatura tal-arja tilħaq l-34.5 ?C fit-tielet jum u kompla billi ġab miegħu taħlita ta’ xita u temp xemxi.
    Tul ix-xahar, ix-xemx ħarġet għal ftit aktar minn 312-il siegħa, bl-aktar ġurnata mdawla ta’ Awwissu tesperjenza 12.7 sigħat ta’ xemx. Min-naħa l-oħra, is-seba’ jum ta’ Awwissu kien imdawwal biss b’0.3 sigħat ta’ xemx, u għalhekk kien l-aktar jum griż tax-xahar.

    B’medja ta’ 2.2 oktas, il-kopertura tas-sħab għal Awwissu kienet ogħla minn dik mistennija ta’ 1.2 oktas. Dan jista’ jispjega parzjalment għaliex is-sigħat totali ta’ xemx li ġew irreġistrati f’Awwissu kienu anqas min-norma klimatika ta’ 335.3 siegħa ta’ xemx.

    It-temperaturi tal-ajru għax-xahar ta’ Awwissu laħqu medja ta’ 27.2 ?C, jiġifieri daqs in-norma klimatika għal dan iż-żmien tas-sena. It-temperatura massima medja għax-xahar, min-naħa l-oħra, kienet 0.7 ?C anqas min-norma. Dan jista’ jiġi spjegat parzjalment mill-effett ta’ tkessiħ li ġġib magħha x-xita.

    Fil-fatt, it-temp ġeneralment tajjeb ta’ Awwissu kien interrott minn ħames maltempati bir-ragħad u s-sajjetti u sitt ijiem li pproduċew 53.8 mm ta’ xita. Dan it-total, għalkemm sostanzjali, kien ħafna anqas minn dak ta’ 155.5 mm ta’ xita mkejlin f’Awwissu tal-1964.

    Dan kien l-aktar Awwissu li fih niżlet xita skont ir-rekords meteoroloġiċi. Taħlita ta’ xita, ragħad u riħ laqtet lill-gżejjer fl-14 ta’ Awwissu. F’din il-ġurnata ġiet irreġistrata l-akbar buffura ta’ riħ għax-xahar, li kienet qed tonfoħ b’veloċità ta’ 34 knot mill-Grieg it-Tramuntana. Madankollu, il-ġurnata ma esperjenzatx biss maltemp, minħabba li x-xemx ħarġet għal aktar minn seba’ sigħat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook