''Junglebook...did-darba għal Ġungla''...Pantomima 218

  • Set 26, 2018 12:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pantomima bil-Malti fl-Istitut Kattoliku 2018

    Tul dawn l-aħħar 18-il sena, il-Kumpanija Teatru Rjal dejjem żammet l-appuntament tagħha mal-eluf ta' dilettanti li jattendu għal dan l-ispettaklu ħaj u kkulurit tal-Pantomima bil-Malti fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Din is-sena il-Kumpanija għamlet minn kollox biex tipprovdi spettaklu ieħor billi ser toħodna fid-dinja tal-Ġungla...il-JUNGLEBOOK. Produzzjoni oħra ambizzjuża li toħodna f’din id-dinja tal-ħolm. Mhux daqshekk faċli li tgħid ittella' produzzjoni ta' din il-kwalità, pero meta jkollok nies ta’ kwalità miegħek li kollha jiġbdu ħabel wieħed b’intenzjoni aħħarija waħda, it-triq tiffaċilita xi ftit. 

    Il-Junglebook, li għanda kitba ta’ DANUSAN, u li ukoll jgħamlu parti mit-team tal-Produzzjoni ser tittella' fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku kuljum (barra lejliet u nhar il-Milied) bejn it-22 u 30 ta’ Diċembru li ġej bil-ħsieb li anke jiżdiedu xi rappreżentazzjonijiet oħra fl-ewwel Ġimgħa ta’ Jannar 2019.

    Bħas-soltu jieħdu sehem uħud mill-aqwa elementi li għandna f’pajjiżna fix-xena tal-ispettaklu fosthom Rodney Gauci fil-parti tad-dama għat-tielet sena konsekuttiva, Brian Farrugia, Alexia Micallef, Louis Andrew Cassar, Julie Pomorski, Jeffrey Scicluna, Kevin Paul Calleja, u Gaia. 

    Ma' dawn jiżdiedu għall-ewwel darba talent ieħor qawwi li m'għandhom bżonn ta’ ebda introduzzjoni Mario Cassar,  Michela Galea u Soraya Queen maċ-ċkejknin Matteo Calleja fil-parti ta’ Mowgli, Leah Mifsud fil-parti tal-ġurdien u Mariah Mangion fil-parti tal-farfett il-lejl b’koreografija għal darb'oħra fdata fil-kapaċità ta’ Clayton u Daphny għal Kinetic Dance Studio. Il-Band Leader dis-sena ser ikun Conrad Briffa li qed jgħamel ħafna xogħol interessanti għal din il-produzzjoni flimkien mal-mużiċisti tiegħu. Biċċa uġieh ta’ ras għandha żgur il-kostumista Marika Zarb (Loui Noir) bid-disinji u ħjata tal-kostumi li tirrekjedi produzzjoni bħal din. Id-direzzjoni bħas-soltu ġiet fdata f’idejn Ray Abdilla bi Produzzjoni tal-Kumpanija Teatru Rjal.

    Hemm roħs ta’ 10% għal dawk kollha li jibbukkjaw qabel il-15 ta’ Ottubru billi jibbukkjaw ONLINE fuq www.kumpanijateatrurjal.com jew www.istitutkattoliku.com.  Wieħed jista' jċempel ukoll fuq il-Hotline 99976468, Bar u Booking office ta’ l-Istitut Kattoliku, il-Furjana (21238429), jew Pawlu Testa Travel (99476468). Tat-tfal taħt it-12-il sena iħallsu nofs prezz.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0