Iveco Daily jgħalaq 40 sena u għadu biss fil-bidu

  • Set 26, 2018 16:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mudell leġġendarju Iveco Daily, dan ix-xahar qed jiċċelebra l-40 anniversarju ta’ innovazzjoni u affidabbiltà fit-trasport kummerċjali. Sa mit-tnedija tiegħu fl-1978, id-Daily biegħ aktar minn 3 miljun vettura f’110 pajjiż – biex b’hekk huwa wieħed mis-soluzzjonijiet ta’ trasportazzjoni globalment ewlenin kemm għal ambjenti urbani kif ukoll extra-urbani.

    Il-Vann Internazzjonali tas-Sena 2018, hekk kif ġie vvutat mill-esperti tal-industrija, illum qiegħed fit-tielet ġenerazzjoni tiegħu u qed juri t-triq ‘il quddiem permezz ta’ teknoloġiji għal aktar sostenibbiltà u effiċjenza.

    Pierre Lahutte, President tad-ditta Iveco, qal li dawn l-erba’ deċenni tad-Daily jirrappreżentaw tragward importanti għall-familja Iveco. “Qiegħdin niċċelebraw 40 sena minn mindu ilna nittrasformaw l-industrija lejn trasport sostenibbli. Din hija familja ta’ karozzi li dejjem ħarset lejn il-futur u għarfet tantiċipa l-ħtiġijiet tal-klijenti filwaqt li tibqa’ żżomm il-valuri ta’ versatilità, serħan il-moħħ, u effiċjenza.”

    Magħrufa għad-dipendabilità tagħhom, il-mudelli Iveco Daily jservu gamma wiesa’ ta’ bżonnijiet minn ambulanzi sa karozzi tal-irmonk; minn vannijiet tat-trasportazzjoni sa karavans. Il-karatteristiċi uniċi tiegħu ta lid-Daily reputazzjoni għal flessibiltà u affidabbiltà.

    Tul l-istorja tiegħu, dan il-mudell għolla ripetutament l-istandards tal-industrija b’avvanzi bħall-introduzzjoni tat-teknoloġija turbodiesel fl-1985 u l-użu tal-Common Rail sa mill-1999.

    L-Iveco Daily rċiviet rikonoxximent kontinwu matul dawn l-40 sena fosthom ‘L-Aħjar Utility Vehicle 2018’ mill-pubblikazzjoni Ġermaniża ETM Verlag; ‘Truck Sostenibbli tas-Sena 2017’ mill-ġurnal Taljan Vado e Torno; ‘Il-Premju Ewropew għall-Innovazzjoni 2016’ mill-Industrija Ewropea għall-Karavans; u ‘Vann Internazzjonali tas-Sena 2015’.

    Għal aktar informazzjoni dwar id-Daily u l-għażla li toffri Iveco, żur ix-showroom fi Triq Psaila, Birkirkara, idħol fil-paġna Facebook Iveco Malta, jew ibgħat email fuq ivecosales@motorsinc.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0