Il-GBC u l-BOV f’Business Breakfast dwar in-negozji tal-familja ta’ suċċess li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra

  • Set 28, 2018 13:30
  • Miktub minn iNews
"

    L-istejjer ta' suċċess tan-negozji tal-familja Għawdxin li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra jew li qegħdin fil-proċess ta' tranżizzjoni biex jilqgħu abbord il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, ġew diskussi waqt Business Breakfast li kien organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex (“GBC”) b'kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta fit-18 ta' Settembru 2018.

    ‘In-negozju tal-familja ta’ suċċess jintgħaraf matul iż-żmien mill-kapaċità tiegħu li jsostni u jiġġenera mill-ġdid lilu nnifsu permezz ta’ governanza robusta u pjan ta’ suċċessjoni mifrux fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. In-nuqqas ta’ suċċessjoni adegwata jista’ jagħti bidu għall-perkors lejn il-falliment tan-negozju u dan jista’ jiġi evitat billi din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod professjonali u metikoluż’ qal Albert Frendo – Uffiċjal Kap tal-Credit Business Development fil-Bank of Valletta matul l-indirizz tal-ftuħ tiegħu.

    ‘L-istrateġija tal-Bank of Valletta għan-negozji tal-familja ġejja mill-għarfien intimu tiegħu tas-suq lokali, u tipprovdi s-soluzzjonijiet ta’ finanzjament it-tajba biex tiżgura t-tkabbir sostenibbli. Il-Bank dalwaqt se jħabbar aktar inizjattivi biex jappoġġja lin-negozji tal-familja biex jegħlbu l-ostakoli finanzjarji u jiżguraw tranżizzjonijiet xierqa u mmaniġġjati tajjeb għall-ġenerazzjonijiet li jmiss,’ ikkonkluda s-Sur Frendo.

    Sussegwentement, Dr Nadine Lia mill-Uffiċċju tan-Negozji tal-Familja għamlet preżentazzjoni dwar kif l-Uffiċċju jista’ jgħin lin-negozji tal-familja jippjanaw għall-ġejjieni u jħejju għal din it-tranżizzjoni. Barra minn hekk, Dr. Lia tat ukoll ħarsa ġenerali fil-qosor lejn l-istrumenti u l-inċentivi disponibbli bħalissa għan-Negozji tal-Familja biex itaffu l-isfidi meta jittrasferixxu mit-tieni għat-tielet ġenerazzjoni u lil hinn.

    Is-Sur Joseph Borg, Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex ikkonkluda l-kolazzjon ta’ ħidma billi ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin il-GBC se jniedi servizz personalizzat ġdid li se jitħaddem mill-uffiċċji tiegħu ġewwa Victoria għall-membri tiegħu biex jappoġġja lin-negozji Għawdxin fl-ippjanar għall-ġejjieni u biex jegħlbu l-isfidi meta jittrasferixxu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Dan is-servizz speċjalizzat se jiġi offrut b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tan-Negozji tal-Familja f’Malta.

    Il-kolazzjon ta’ ħidma kompla b’diskussjoni mal-panel li kien jinkludi erba’ intraprendituri Għawdxin stabbiliti, John Magro (Chairman, Magro Brothers Foods Ltd), Dr. Michael Caruana (Direttur, Joseph Caruana & Co Ltd), Michael Grech (Chairman u Direttur Maniġerjali, Michael Grech Financial Investments Services) u Peter Paul Hili (Direttur, Carefree Furniture Company Ltd). Il-panel kien immoderat minn Elaine Camilleri (Segretarju tal-Kunsill tal-GBC). Il-panel iffoka fuq l-ippjanar metikoluż meħtieġ biex jiżgura tranżizzjoni mingħajr xkiel, u fuq il-prijorità tal-ħtieġa li jittieħed parir professjonali qabel jinbeda kwalunkwe proċess ta’ tranżizzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0