F’inqas minn ġimgħa jinħatfu nofs il-biljetti għal 'Kunċett u Marinton'

  • Set 28, 2018 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Kien propju il-Ħamis li għadda meta 4Teenth Productions ħabbret id-dettalji għall-produzzjoni mistennija ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton.’ Dawn il-praspar, miktubin minn Trevor Żahra ilhom li nkitbu mindu l-awtur kellu 15 –il sena. Bdew bħala stejjer fir-rivista is-Sagħtar, imbagħad inġabru fi ktejjeb. Żahra iżda, kompla iżid il-kapitli fis-snin ta’ wara u llum wieħed għadu jista’ jixtri dan il-ktieb li jiġbor fih 24 praspura. 

    Preċiżament mal-ftuħ ta’ Valletta 18, jiġifieri fl-20 ta’ Jannar,  4Teenth Productions, għaqda volontarja tad-drama ħabbret li fiż-żmien li ġej kienet ser itellgħa produzzjoni ġdida imnebbħa mill-ktieb ta’ Trevor Żahra ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said. 

    Said, li huwa attur t’esperjenza kbira u direttur, kellu wkoll afdata f’idejh l-adattament biex wara kważi 40 sena, Kunċett u Marinton ser joħorġu minn bejn il-qxur tal-ktieb u jidħlu f’teatru. Għalhekk wieħed stenna illi “l-aktar żewġ karattri feminili popolari” kienu ser iqanqlu interess pubbliku. 

    ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ huma ambjentati f’raħal Malti wara l-ewwel gwerra, f’dak iż-żmien imbiegħed meta fid-djar la  kien għadu daħal l-elettriku u lanqas l-ilma tal-vit; meta kollox kien idur madwar il-knisja u l-każini; meta t-toroq kienu mimlija bil-logħob tat-tfal, bil-karettuni tal-bejjiegħa u bil-merħliet tal-mogħoż ... u .... bil-praspar ta’ xi Kunċett u xi Marinton.

    Għal uħud dawn huma nostalġija lejn il-ktieb li attira ġenerazzjonijiet wara oħrajn tul l-erbgħin sena stampat. Iżda l-ġenerazzjoni tat-tfal tal-lum jifmuh? “It-tfal li jaqrawhom illum ikollhom bżonn ftit tal-preparazzjoni.  Hemm referenzi folkloristiċi li jeħtieġu spjegazzjoni.  Hemm vokabularju f’ħalq il-karattri, li llum m’għadux jintuża.  Għalhekk jiena nemmen li dawn l-istejjer jistgħu jservu bħala l-punt tat-tluq biex mat-tfal issir ftit riċerka dwar Malta tal-imgħoddi,” wieġeb l-awtur Trevor Żahra. 

    ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton ser jittellgħu il-Ġimgħa 26, is-Sibt 27 u l-Ħadd 28 t’Ottubru u s-Sibt u l-Ħadd 3 u 4 ta’ Novembru fit-Teatru tal-Malta Drama Centre li jinsab fl-iskola Marija Reġina, l-Blata l-Bajda. Il-biljetti jinsabu onlajn fuq is-sit: www.ticketline.com.mt. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 79096060 jew inkella isibuna fuq facebook ‘4 Teenth Productions.’

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0