Dehra ġdida għal Foresta 2000 wara l-mewġa ta’ vandaliżmu tas-sena l-oħra

  • Set 28, 2018 17:25
  • Miktub minn iNews
"

    Il-BirdLife ħabbret fi stqarrija li wara l-mewġa ta’ vandaliżmu fil-Foresta 2000 is-sena li għaddiet, meta numru ta’ siġar taż-Żebbuġ ġew issegati, il-Fondazzjoni Alfred Mizzi intervjeniet u bis-saħħa ta’ donazzjoni finanzjarja, matul is-sajf saru numru ta’ xogħlijiet biex iż-żona tiġi mtejba.

    Fost l-oħrajn twaħħlu bankijiet ġodda li issa qegħdin jintużaw mit-tfal tal-iskejjel li jżuru l-post għal fieldwork. Ġew installati wkoll numru ta’ pannelli ta’ informazzjoniġodda li jiggwidaw lill-viżitaturi fil-mixjiet li wieħed jista’ jagħmel f’dan is-sit, kif ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-flora u l-fawna li jinstabu f’dawn l-inħawi.

    Foresta 2000 tinsab fil-parti elevata li tħares fuq ir-Riserva Naturali tal-Għadira fil-Mellieħa. L-idea li welldet dan il-post tmur lura lejn l-1995 meta BirdLife Malta ħarġet bl-idea li l-bosk mitluq li kien jifforma din l-art jiġi rrestawrat u jingħata lura d-dehra oriġinali tiegħu. Ix-xogħol fuq iż-żona beda fl-ewwel parti tas-snin 2000 meta BirdLife Malta stiednet ukoll lil Din l-Art Ħelwa u lill-PARKS (Id-Direttorat għall-Parks, l-Afforestazzjoni u r-Restawr tal-Kampanja, li llum inbidel fl-aġenzija Ambjent Malta) biex jingħaqdu fil-proġett. Ix-xogħlijiet inizzjali kienu jikkonsistu f’ħidma biex titwaqqaf l-erożjoni tal-ħamrija, il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ u l-identifikazzjoni ta’ mogħdijiet għall-mixi.

    Kif jispjega Ray Vella, managing warden tar-Riserva Naturali Foresta 2000, l-aktar biċċa xogħol iebsa dak iż-żmien kien l-eżerċizzju ta’ tħawwil ta’ siġar, hekk kif kellhom jiġu mħawla 20,000 siġra u arbuxxell. Madankollu, jisħaw li l-akbar diżappunt hu kull meta jsir xi att vandalu.

    BirdLife tisħaq li l-att vandalu tas-sena l-oħra f’dan is-sit pubbliku kien daqqa ta’ ħarta għax-xogħol iebes kollu li sar tul is-snin. Tispjega li l-masġar ta’ 36 siġra taż-Żebbuġ li ġew issegati b’serrieq tal-elettriku, kien ingħata b’donazzjoni minn Din l-Art Ħelwa u kien tħawwel tmien snin qabel.

    Issostni li l-inċident ta’ Ġunju 2017 kien ikkaġuna danni li hu stmat li jammontaw għal madwar €3,600 u kien attentat maħsub biex ifixkel il-ħidma kemm ta’ BirdLife Malta kif ukoll ta’ Din l-Art Ħelwa. B’xorti tajba, però, b’rispons għal dak li seħħ, numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet offrew l-għajnuna tagħhom. Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi marret lil hinn u impenjat ruħha li tgħin billi tappoġġja finanzjarjament numru ta’ xogħlijiet li kien meħtieġ li jsiru f’dan il-bosk uniku u mimli diversità.

    Din ma kinitx l-ewwel darba li l-proġett ta’ afforestazzjoni Foresta 2000 spiċċa fil-mira ta’ atti ta’ vandaliżmu. F’Settembru 2004, madwar 100 siġra nqalgħu mill-għeruq u saritilhom il-ħsara flimkien ma’ għadd ta’ ċnut u sinjali li hemm fir-riserva li hi kbira 104 ettari. Tul l-2006 fi tliet okkażjonijiet separati bejn Lulju u Settembru kien hemm diversi attentati ta’ ħruq fis-sit li tħalla vandalizzat. F’Mejju tal-2007, 3,000 siġra oħra nqatgħu tul il-lejl. Imbagħad, f’April 2010, 104 siġriet saritilhom il-ħsara f’każ li wassal biex tliet kaċċaturi ġew ikkundannati u wara li appellaw ġew ordnati jħallsu multa ta’ €12,229.35 kull wieħed għall-involviment tagħhom. Apparti dawn l-atti vandali, f’każ separat f’April 2009 ranger safa fil-mira ta’ tiri sparati fir-riserva u saħanistra kellu jiddaħħal l-isptar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0