€2,300 multa talli kellu pilloli jixbħu l-ecstasy

  • Set 30, 2018 20:10
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 36 sena minn Ħ'Attard kien immultat €2,300 wara li nstab ħati li kellu 13-il pillola li għalkemm mhux ecastasy jixbħuhom.

    Fil-lejl ta' bejn il-11 u t-12 ta' Frar 2010, għall-ħabta tal-5.00 p.m., suldati tal-Forzi Armati kienu ċ-Ċirkewwa jagħmlu 'road block' peress li f'Għawdex kien hemm il-karnival.

    Fost il-karozzi li waqqfu kien hemm dik ta' Alain Grima u waqt it-tfittxija żewġ suldati sabu 13-il pillola ta' lewn roża b'qalb bħala logo fuqhom suspettati ecstasy fil-'booth' ta' wara u sustanza suspettata li kienet kannabis taħt is-'seat' tax-xufier.

    Il-każ kien mgħoddi lill-Pulizija fejn din ressqet lil Grima fil-Qorti tal-Maġistrati u akkużatu b'pussess tal-MCPP u r-raża tal-kannabis.

    L-ispiżjar Godwin Sammut spjega lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif għalkemm l-effett tal-pilloli MCPP jixbħu lill-ecstasy, inkluż fid-dehra, huma differenti ħafna minnhom.

    Huwa rrimarka kif minn studji li saru fuq diversi persuni rriżulta li bħala kwantita f'lejl wieħed persuna tista' tieħu bejn ħames u seba' pilloli.

    Dwar ir-raża tal-kannabis l-ispiżjar Sammut xehed li l-ammont misjub kien ta' ftit inqas minn 30 gramma b'purita ta' 12%.

    Grima ikkonferma li d-droga kienet tiegħu imma nsista li dawn kienu għall-użu personali u mhux biex jittrafikahom.

    Wara li semgħet il-provi, il-Maġistrat Galea Sciberras irrimarkat li rigward in-numru ta' pilloli li nstabu dan ma kienx ammont li normalment assoċjat ma' użu personali imma f'dan il-każ emmnet il-verżjoni ta' Grima li kienu għall-użu tiegħu.

    Dwar ir-raża tal-kannabis li nstabitlu wkoll qalet li l-ammont mhux normalment assoċjat ma' użu personali u rrimarkat li meta doża tipika ta' 'joint' ikun fih 0.2 gramma l-fatt li kellu 29 gramma jfisser li kellu biżżejjed għal 145 'joint' li huwa ammont sostanzjali.

    Madankollu peress li l-kannabis instabet sħiħa u mhux maqsuma f'diversi biċċiet u l-fatt li Grima qal li kien se jagħmel xi jiem Għawdex wassal lill-imsemmi maġistrat tikkonkludi li veru seta kienet għall-użu personali.

    Kien għalhekk li waqt li sabitu ħati ta' pussess sempliċi tal-imsemmijin drogi, meta ġiet biex tagħti l-piena l-Maġistrat Galea Sciberras ħadet konsiderazzjoni tal-fatt li Grima ma baqax jagħmel użu mid-droga u llum qed jgħix ħajja stabbli u għalhekk ikkundannatu l-multa ta' €2,300.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Assistent Kummissarju Dennis Theuma li f'dak iż-żmien kien għadu jokkupa l-kariga ta' spettur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0