Għaxar snin ħabs wara sess ma' tifel

  • Ott 05, 2018 15:36
  • Miktub minn iNews
"

    Anzjan ta' 74 sena minn Birżebbuġa kien ikkundannat 10 snin ħabs wara li ammetta li kellu x'jaqsam sesswalment ma' tifel ta' 13-il sena.

    Din ma kinietx l-ewwel darba li Michael Charles Muscat wettaq atti bħal dawn fejn kien anke weħel sitt snin oħra fuq akkużi simili.

    Minbarra li kellu x'jaqsam sesswalment mat-tifel, il-Pulizija sabu li huwa kien ipinġi wkoll tfal f'pożizzjonijiet sesswali ma' adulti.

    Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech irrimarkat li minħabba l-aġir tiegħu huwa “sfreġja” l-innoċenza u t-tfulija tat-tifel.

    Hija għamlitha ċara li ma teżisti l-ebda skuża jew ġustifikazzjoni għal aġir mill-aktar “aberranti” li jisfrutta l-innoċenza ta' tfal jew, jekk mhux l-innoċenza tagħhom, is-sitwazzjoni ta' spiss meskina u prekarja li għal raġuni jew oħra jkunu spiċċaw fiha. 

    “Minflok sabu id t'għajnuna sabu id li b'żina tqegħdet fuq persunthom u tebbathom għal għomorhom”, żiedet tgħid il-Maġistrat Frendo Dimech.

    Hija ordnat li isem Muscat jitniżżel fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minorenni u li għal perjodu ta' tliet snin jingħata għajnuna psikoloġika biex jindirizza l-ġibdiet sesswali lejn it-tfal.

    Il-Maġistrat Frendo Dimech ordnat ukoll il-konfiska ta' dawk li iddeskriviet bħala “tpinġijiet xejn artistiċi” li għamel.

    Il-każ kien investigat mill-ispetturi Joseph Busuttil, Paula Ciantar u Roxanne Tabone.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0