€20,185 għal raġel li weġġa’ f’ħabta

  • Ott 08, 2018 15:35
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel li kien qed isuq vann tal-kumpanija u l-kumpanija nnifisha ġew ordnati jagħti kumpens ta’ €20,185 lil sewwieq ta’ karozza li kien involut f’inċident mal-istess vann.

    Francis Agius, ta’ 63 sena, fetaħ il-kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra Carl Camilleri, li għandu 26 sena, u l-kumpanija Flower Sales Limited.

    Agius sostna li fil-21 ta’ Diċembru 2002 huwa kien għaddej bil-vettura tiegħu meta vann tal-għamla Fiat Doblo Cargo misjuq minn Camilleri u proprjetà tal-imsemmija kumpanija baqa’ dieħel fih u weġġgħu.

    Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff irriżulta li Agius u ħabib tiegħu b l-isem ta’ Joseph Sammut kienu weqfin mal-ġenb minħabba ħsara fil-vettura u spiċċaw fil-gandott wara li daħal fihom il-vann.

    Agius, li dak iż-żmien kien jaħdem bħala watchman is-Simar, intilef minn sensih u spiċċa b’sieq waħda fil-ġips bħalma spiċċa ntilef minn sensih ukoll Sammut.

    Camilleri ddefenda lilu nnifsu billi argumenta li huwa pprova jevita l-karozza imma sab ma’ wiċċu bendy bus li ġiet fuqu mill-karreġġjata ta’ barra bir-riżultat li kellu jikser malajr u spiċċa fil-BMW.

    Madankollu l-Imħallef Mintoff irrimarka li mill-ebda prova ma rriżulta li huwa sab ma’ wiċċu l-bendy bus.

    “Pjuttost jirriżulta li hekk kif il-konvenut sab karozza wieqfa quddiemu, u lanqas hu ċert jekk din kinitx wieqfa jew miexja bil-mod ħafna, hu ttenta jaqbiżha mingħajr ma ħaseb li jkollu distanza biżżejjed mill-karozza wieqfa biex seta’ jagħmel dan mingħajr ma jinvadi l-karreġġjata l-oħra”.

    L-Imħallef Mintoff sostna li lanqas ma hu konvint li din kienet l-ewwel darba li Camilleri kien qed isuq il-vann jew li d-diretturi tal-kumpanija ma kinux konxji li huwa kien qed isuq il-vetturi b’mod regolari.

    Fil-fatt tliet diretturi ma qablux ma’ xulxin fil-verżjoni li taw b’waħda minnhom tkun l-ekstfajla ta’ Camilleri u ieħor missierha.
    Kien għalhekk li waqt li żamm liż-żagħżugħ u lill-kumpanija responsabbli għall-inċident, l-Imħallef Mintoff ordna li l-kumpens lil Agius kellhom jaqsmuh bejniethom.

    Meta ġie biex jaħdem is-somma ta’ dan il-kumpens l-istess imħallef qies fost oħrajn li fiż-żmien tal-inċident Agius kellu 57 sena u li skont espert imqabbad mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili sofra diżabilità ta’ 25% biex wasal għas-somma ta’ €20,185.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0