Tnedija ta’ strateġija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku

  • Ott 08, 2018 17:15
  • Miktub minn iNews
"

    L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għadu kif nieda l-istrateġija tiegħu għall-ħames snin li ġejjin, bit-titlu ‘Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku’. Dan id-dokument strateġiku ġdid ġie ppreżentat mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara lill-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-preżenza tad-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri u l-istaff kollu tal-NAO.

    F’diskors qasir, Deguara għamel referenza għas-sitt miri strateġiċi li huma inklużi fl-Istrateġija tal-NAO (2019 – 2023), kif elenkati hawnhekk:

    a. ikun ta’ kontribut biex tiġi assigurata kontabilità fl-użu tar-riżorsi pubbliċi;

    b. jinkoraġġixxi u jiffaċilita titjib fil-kwalità ta’ governanza billi jisħaq fuq trasparenza waqt teħid ta’ deċiżjonijiet, jikkontribwixxi b’rapporti informattivi sew għal dibattiti parlamentari u pubbliċi, ixerred prassi tajbin, jippromwovi valur għal flus, iħeġġeġ tibdil fil-prassi u proċedura amministrattiva;

    ċ. li jsir il-gwida u d-direzzjoni ewlenija f’dawk l-oqsma magħżula ta’ verifika fis-settur pubbliku u jkun rikonoxxut bħala ċentru ta’ eċċellenza u kompetenza fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika Maltija;

    d. li jirrafina, b’mod li kull min hu involut jibbenefika minnhom, ir-relazzjonijiet ta’ xogħol bejn l-Uffiċċju u d-dipartimenti u l-entitajiet li tagħhom qed jagħmel verifika, l-iskrutinaturi, u dawk kollha li bħalu jagħmlu xogħol f’dan il-qasam, fir-restrizzjonijiet issettjati minn standards etiċi li jitolbu l-indipendenza professjonali ta’ awdituri statali esterni;

    e. iżid il-valur għal flus li jinħoloq permezz ta’ verifika pubblika; u

    f. li jifformula pjanijiet ta’ verifika fuq kriterji stabbiliti, b’attenzjoni partikolari fuq materjalità u riskju.

    Huwa enfasizza li dan id-dokument importanti, li se jipprovdi direzzjoni strateġika lill-Uffiċċju għall- ħames snin li ġejjin, fl-aħħar mill-aħħar kien ir-riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni estensiva kemm internament, li essenzjalment kienet tinvolvi lill-impjegati tan-NAO kollha, kif ukoll ma’ stakeholders esterni inklużi s-Segretarji Permanenti fis-servizz pubbliku. Deguara rringrazzja lill-Professur Edward Warrington li mexxa l-proċess estensiv u minn xi daqqiet kumpless li finalment wassal għal formulazzjoni tal-istrateġija.

    Min-naħa tiegħu, Anġlu Farrugia wassal l-apprezzament sħiħ tiegħu għax-xogħol siewi li jsir mill-NAO.  Huwa enfasizza li se jibqa’ jsegwi mill-qrib ix-xogħol ta’ livell għoli mwettaq mill-istaff ta’ dan l-Uffiċċju u ħeġġeġ lill-management u impjegati kollha biex jibqgħu jagħmlu xogħolhom mingħajr biża’ jew favur u fi spirtu ta’ awtonomija sħiħa.  Huwa faħħar l-Uffiċċju għal dan il-pjan strateġiku li għandu jwassal biex l-NAO jkun fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-mandat kostituzzjonali tiegħu fis-snin li ġejjin.

    Id-dokument ta’ strateġija 2019 - 2023 jidher fuq is?sit elettroniku tal?Uffiċċju Nazzjonali tal?Verifika: http://www.nao.gov.mt, kif ukoll fuq il?paġna tal?Facebook –www.facebook.com/NAOMalta u fuq https://www.linkedin.com/company/naomalta/

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0