Aktar allegazzjonijiet fil-konfront ta' Ronaldo

  • Ott 09, 2018 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet nisa oħra qegħdin jakkużaw lill-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo. Skont Laslie Stovall, waħda minnhom qiegħda tallega li l-plejer Juventin stupraha wara festin.

    Jidher li oħra qiegħda tiddikjara li sfat “imweġġa’ minn Ronaldo” u t-tielet waħda qiegħda tallega li hi ffirmat ftehim privat ta’ kunfidenzjalità mal-akkużat lura fl-2009.

    L-avukat tal-plejer qal li bħalissa jinsab iffukat fuq l-ewwel allegazzjonijiet, iżda filwaqt li kkonferma dwar l-allegazzjonijiet l-oħra, il-plejer ċaħad l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tiegħu.

    L-ewwel mara li akkużat il-plejer, eks mudella, sostniet li hi ltaqgħet mal-Portugiż wara festin u li meta hu stedina biex tkompli l-lejla flimkien miegħu u xi ħbieb oħra, irrifjutat għax ma kellhiex ħwejjeġ addattati għall-banju. 

    Kompliet tgħid li Ronaldo offrielha ħwejjeġ biex tbiddel, segwiha u meta hi rrifjutat li jkollha xtaqsam miegħu huwa sfurzaha u għamel ta’ rasu.

    Skont id-dokumenti tal-Qorti, jidher li Mayorga qiegħda tallega li minn dak iż-żmien spiċċat vittma tal-vizzju tal-alkaħol.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0