Tkompli tisħon il-qiegħa … Battibekk bejn Vella de Fremeaux u Pierre Portelli

  • Ott 10, 2018 07:40
  • Miktub minn iNews
"

    Vella de Fremeaux: “Għandek dak li jissejjaħ bħala memorja selettiva”; Portelli jirribatti: “Ħallejt lilek innifsek issir arma kontra l-partit li jmexxi żewġek” 

     

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ, spikka battibekk bejn Nickie Vella de Fremeaux, il-mara t’Adrian Delia, u l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-istess partit, Pierre Portelli, fuq il-midja soċjali, wara li l-istess Vella de Fremeaux ħarġet stqarrija fuq il-midja soċjali relatata mas-serje televiżiva “Fattigi.”

    Ftit tal-jiem ilu, Sandro Vella, kittieb u eks-voluntier fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, allega f’kummenti fuq il-midja soċjali li s-serje televiżiva ”Fattigi”, ppubblikata fuq Net TV, kien il-kittieb oriġinali tas-serje televiżiva. “Bdew mill-bidu tal-filming biex ineħħuni bħala attur, għaliex iddeċidejt li niqfilhom wara ġimgħat nissaporti. Li jiena tlabt li ismi ma jidhirx, ma jfissirx li l-istorja mhix tiegħi.” 

    Vella kien bagħatilna kopja tal-ittra li huwa bagħat lil Watermelon Media (il-kumpanija privata tal-imsemmija Portelli), kif ukoll lil Media.Link, fejn huwa kien saħaq li dan l-istazzjoni kien qiegħed jipproduċi din il-produzzjoni “bi ksur tad-drittijiet għall-propjeta intellettwali” tal-imsemmi Vella, u li Net Television kien qiegħed juża “materjal promozzjonali, kif ukoll materjal li tagħhom d-dritt tal-awtur kien l-istess Vella, mingħajr l-awtorizazzjoni tiegħu.”

    Fil-kontro protest ġudizzjarju tiegħu, Portelli kien saħaq li l-allegazzjoni “m’għandhiex mis-sewwa. L-istorja tas-serje televiżiva inħolqot minn Portelli, li ngaġġa lill-protestat biex jikteb l-iscript fuq sensiela ta’ sitta u għoxrin episodju fuq Net TV. Kull tentattiv mill-protestat biex jagħmel is-serje Fattigi tiegħu hija għalhekk bla bażi u intiża biex tagħmel ħsara lis-serje Fattigi, b’konsegwenza ta’ telf ta’ reputazzjoni u telf ta’ negozju.”

    “Meta titkellem miegħi, tippruvax tgħaddini bħala miġnuna”

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ, l-imsemmija Vella de Fremeaux, fuq kumment fuq il-midja soċjali, ddefendiet lil Vella, u tennet kif “id-dritt tal-awtur huwa dritt legali esklussiv pposedut mis-sid tal-propjeta intellettwali.”

    “Huwa illegali li wieħed ineħħi l-identità tal-kittieb veru, u jbiddel l-isem tiegħu ma’ wieħed ta’ persuna oħra. Hekk ġara f’dan il-każ. Nispera li dan il-każ seħħ biss minħabba n-nuqqas t’għarfien fuq xi tgħid il-liġi, u li ma ħax il-pariri mill-avukati tiegħu.”

    Portelli irrisponda għal dak li saħqet Vella de Fremeaux, u saħaq li hija m’għandhiex idea “tad-dettalji ta’ dan l-episodju iktar f’ħajti. Kont mogħtija gideb u nofs verità, u m’għandekx idea dan il-persuna x’għamel lili, lil marti, u lil bosta nies oħra.”

    “Irrifjutajt li nitkellem fil-pubbliku, għaliex kont qiegħed nistenna r-raġuni biex tipprevali, imma issa inti ħallejt lilek innifsek issir arma kontrija u kontra familti, kontra Medialink, kontra l-persuni onesti li jaħdmu, u kontra l-partit li qiegħed imexxi l-partit tiegħek.”

    Fir-risposta tagħha, Vella de Fremeaux saħqet li Portelli għandu “dak li jiena niddeskrivi bħala memorja selettiva. Fil-fatt, il-kap tiegħek jista’ jgħidlek fuq kemm il-darba saqsejt biex jiena u int niltaqgħu matul dawn l-aħħar xahrejn.”

    “Semmejt dan l-inċident, biex id-darba li jmiss li titkellem fuqi mingħajr ma nkun preżenti, inti tkun korrett u preċiż, u ma tipprovax tgħaddini bħala waħda miġnuna (fruit basket).”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0