“B'terminals ċentralizzati jitnaqqas it-traffiku, it-tniġġis, u l-imħażen fiċ-ċentri tal-irħula” - David Abela, Direttur Maniġerjali ta’ Eurobridge

  • Ott 10, 2018 10:34
  • Miktub minn iNews
"

    “Jinkwetana in-nuqqas ta’ pjan fuq x’se jsIR fuq il-‘Bonds’ fil-‘Groupage Complex’ ta’ Ħal Far.  L-assoċjazzjoni tagħna issa ilha snin tinsisti li l-post li jkollna nużaw bilfors mhux ideali għall-esiġenzi tal-lum barra li issa qiegħed fi stat dilapidat ħafna.  Ħafna minnha qed ikollhom joħorġu minn buthom ħafna flus biex iżommuh kemm jista’ jkun fi stat tajjeb fl-istess ħin li ma għandniex idea x’ser isir minnu u minna fil-futur qarib.”

    Dan sostnieh David Abela Managing Director Eurobridge f’intervista ma’ Inewsmalta dwar is-settur marittimu f’Malta. 

    L-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet tikber matul din l-aħħar sena u mistennija tibqa’ tikber b’rata tajba għas-snin li ġejjin.  Dan x’effett qed ikollu fuq il-kumpanija u x-xogħol tagħhom?

    M’hemmx xi ngħidu li l-effett in ġenerali kien tajjeb ħafna.  Bħala kumpanija qed nikbru b’mod mgħaġġel u nemmen li anke kieku l-ekonomija mhux sejra daqsekk tajjeb aħna xorta konna nikbru għax qed dejjem inpoġġu l-klijent l-ewwel f’dak kollu li nagħmlu.  Dan it-tkabbir ukoll qed jirrappreżenta sfidi ġodda.  Qed ikollna ninvestu dejjem aktar u peress li aħna żgħar qed insibuha diffiċli biex inlaħħqu ma’ ċertu spejjeż dejjem jiżdiedu li qed niffaċċjaw.  Anke l-Gvern donnu qed jagħti aktar prijorità lil dawn il-kumpaniji kbar barranin fejn tidħol l-għajnuna li jagħti milli kumpaniji bħalna Maltin li jixtiequ jespandu.

    Ovvjament, il-mod kif qed tinbidel is-soċjetà, il-kummerċ u minn fejn wieħed jixtri qed joħloq sfidi ġodda.  Bħala kumpanija  qed taraw bidliet  fit-tip ta’ xogħol li ġġibu lejn Malta?   Qed taraw xi xejriet ġodda li daqs 10 snin ilu ma kinux jeżistu?

    Ma naħsibx li kien hawn xi differenza kbira ta kif u minn fejn qed jiġi x-xogħol minn barra.  Ovvjament tul is-snin l-affarijiet jinbidlu bil-mod il-mod.  Jekk issaqsini kif inbidlu l-affarijiet, għoxrin sena ilu kien jinġieb ħafna xogħol mill-Italja, Ingilterra u ċ-ċina.  Issa l-affarijiet jinġibu b’mod iktar universali speċjalment mill-bqija ta’ l-Ewropa.  Żgur mhux forsi dawn l-aħħar snin żdied ħafna l-‘Project Cargo’ waqt li bħalissa hawn ukoll naqra inċertezza minħabba l-‘Brexit’.

    Bħala kumpanija, u bl-isfidi li jeżistu llum, il-klijenti jistnnew li intom tipprovdu soluzzjoni għal dak li jkun irid.  Bis-sistemi ta’ trasport f’Malta u lejn Malta fosthom l-art u l-baħar, huma biżżejjed biex intom toffru dawn is-soluzzjonijiet.  Ġieli tiltaqgħu ma’   problemi biex twasslu merkanzija lejn Malta u xi jkunu dawn il-problemi?

    Il-fatt li aħna gżira toħloqilna problemi li ħafna pajjiżi oħra m’għandhomx.  Tagħmel x’tagħmel, l-aħħar parti tat-traġitt trid issir jew bil-baħar jew bl-ajru.  Fortunatament dawn l-aħħar snin rajna li s-servizz tal-baħar lejn Malta tjieb ħafna u fejn qabel kellna monopolju, issa għandna għallinqas tlett għażliet li naqsu ż-żmien biex ix-xogħol jasal Malta.  Il-problema li tibqa’ tippersisiti huma d-danni li jsiru fuq it-‘trailers’ tagħna waqt li dawn ikunu qegħdin fil-port jew fuq il-baħar.  Sfortunatament il-kumpaniji tal-assikurazzjoni ma jipprovdux kumpens għal dan u ħafna drabi ikollna noħorġu dawn l-ispejjeż minn butna li jitilgħu sa mijiet ta’ l-eluf fis-sena.  Il-problema enormi l-oħra f’dan il-pajjiż huwa t-traffiku li dejjem jiżdied u qisu m nistgħux insibu irkabtu tiegħu.  Naħseb hemm bżonn li l-Gvern, barra li jinvesti fl-infrastruttura li hija neċessarja, għandu ukoll jinvesti f’sistemi loġistiċi biex mhux kull kumpanija ikollha bżonn tinvesti fix-xufiera, fl-imħażen u l-vanijiet jew trakkijiet tagħha iżda ikun hawn ‘terminals’ ċentralizzati fejn il-kumpaniji ikollhom l-ispazji tagħhom u x-xogħol jitqassam minn hemm bi trakkijiet komuni.  Dan mhux biss inaqqas it-traffiku imma anke l-‘pollution’ ghax anke t-trakkijiet tkun tista’ tikkontrolla iktar il-livell tagħhom.  B’dan il-mod ukoll tnaqqas l-inċidenza ta’mħażen fiċ-ċentri ta’ l-irħula tagħna li żgur huma ta’ inkonvenjent.

    Minn riċerka li għamilt sibt li llum kumpaniji bħal tagħkom ma jaħsbux biss f’merkanzija li tkun se tinġab lejn Malta, imma anke għal trasport ta’ merkanziji li mhux bilfors id-destinazzjoni tagħhom tkun Malta. Qed tarawha tiżdied din ix-xejra?

    Il-kumpaniji Maltin illum il-ġurnata huma involuti iktar minn qatt qabel fuq xogħol internazzjonali u allura tiġi naturali li qed ikollna iktar u iktar xoghol simili ghal dak li qed issemmi fejn Malta ma tkunx involuta kemm bħala destinazzjoni kif ukoll bħala punt tat-tluq għax-xogħol.  Barra minn dan, Malta illum għandha reputazzjoni tajba ħafna internazzjonalment allura kumpaniji barranin qed jafdaw dejjem aktar kumpaniji Maltin bix-xogħol tagħhom.  Grazzi għall-fatt li aħna bħala taxxi u spejjeż nikkumparaw tajjeb ħafna ma’ pajjiżi barranin, jirnexxielna noħorġu ħafna drabi iktar kumpetitivi minn kumpaniji oħra fl-istess settur li joperaw minn pajjiżi oħra.

    Ammont ta’ snin ilu, l-importaturi aktar kienu jkunu interessati li l-merkanzija tasal f’Malta fil-ħin, imma llum l-esiġenzi tal-istess importaturi żdiedu u huma diversi dawk li jkunu jridu garanzija li l-merkanzija se tasal fil-ħin, jekk hix se tinżamm f’post sigur, jekk min se jġorrha hux kwalifikat u fuq kollox jekk l-ippakkeġġjar sar b’mod tajjeb u anke fuq il-kapaċità  tal-operatur li jitratta r-riskji loġistiċi jekk xi ħaġa tmur ħażina.  Dan x’effett qed ikollu fuq l-operat tagħkom?

    Dan kollu li semmejt hu minnu.  Illum, il-konsumatur ifittex esperjenza sħiħa meta jixtri prodott u l-importatur Malti jaf li qed jikkompeti ma’ kumpaniji barranin li għandom ħafna iktar saħħa milli qatt jista’ jkollu l-importatur Malti.  Din il-kompetizzjoni mhux qiegħda biss b’mod fiżiku imma anke virtwali minn fuq l-internet.  Għal oħrajn dawn l-ġjista’ jkun li jarawhom bħala xi ħaġa żejda pero’ aħna tal-EuroBridge narawhom bħala sfida li nilqgħuwha b’idejna miftuħin u anke nippruvaw nantiċipaw il-bżonnijiet b’viżjoni ċara ta dak li għandna nagħmlu issa biex inkunu preparati għall-futur.

    X’inhuma l-problemi li dan is-settur qed jiffaċja bħalissa?  X’taħsbu li għandhom ikunu is-soluzzjonjiet?

    Diġa semmejt it-traffiku f’pajjiżna u miegħu ikolli nsemmi ukoll in-nuqqas ta’ pjan minn naħa tal-Gvern fuq x’ser jagħmel fuq il-‘Bonds’ fil-‘Groupage Complex’ ta’ Ħal Far. L-Assoċjazzjoni tagħna issa ilha snin tinsisti li l-post li jkollna nużaw bilfors mhux ideali għall-esiġenzi tal-lum barra li issa qiegħed fi stat delapidat ħafna.  Ħafna minnha qed ikollhom joħorġu minn buthom ħafna flus biex iżommuh kemm jista’ jkun fi stat tajjeb fl-istess ħin li ma għandniex idea x’ser isir minnu u minna fil-futur qarib.

    Taħsbu li għandu jkun hemm aktar konnessjonijiet bil-baħar bejn Malta u l-Afrika ta’ Fuq? Fil-preżent, il-fatt li konnessjoni bil-baħar hi nieqsa, xi sfidi qed toħloqilkom?

    Ovvjament in-nuqqas ta’ servizzi u xogħol lejn l-Afrika ta Fuq affettwatna ħażin xi snin ilu u sfortunatament, l-Afrika ta’ Fuq għadu għaddej minn żminijiet xejn sbieħ. Fil-fatt erġajna smajna ħafna fuqu dan l-aħħar.  Dan ifisser li ftit hawn li lesti jirriskjaw billi jerġgħu jinvestu hemm u nista’ nassigurak li la darba is-sitwazzjoni tkun iktar paċifika inkunu minn ta l-ewwel biex nippruvaw nerġgħu nistabilixxu rotot bejn iż-żewġ reġjuni.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0