Iċ-ċentru ta’ taħriġ MaritimeMT jgħin fl-iżvilupp ta’ karriera marittima

  • Ott 10, 2018 12:11
  • Miktub minn iNews
"

    Is-settur Marittimu f’Malta qiegħed dejjem jikber. It-traffiku u l-kummerċ fil-portijiet tagħna ma jaqtgħu qatt u l-operaturi kummerċjali qegħdin ikattru wkoll. Tajjeb li wieħed jifhem li s-settur marittimu jinkorpora diversi oqsma u joffri diversi opportunitajiet ta’ xogħol kemm għal min hu interessat ibaħħar fuq livell internazzjonali jew fit-territorju tal-ibħra Maltin, kif ukoll jekk wieħed irid jaħdem mill-art. 

    Iċ-Ċentru tat-Taħriġ MaritimeMT ilu stabbilit għal dawn l-aħħar tmien snin. Meta fetaħ kien magħruf bħala MMRTC Coop Soc. Ltd – Mediterranean Maritime Research & Training Centre Coop Soc. Ltd, u primarjament kellu l-iskop li jħarreġ lill-piloti marittimi Maltin b'mod kontinwu, professjonali u akkreditat fuq is-simulaturi li kienu ġew installati fiċ-Ċentru.

    Illum il-ġurnata, iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta’ MaritimeMT, qiegħed jaħdem biex ikollu programm ta’ studji u taħriġ li jissodisfa l-bżonnijiet tal-industrija marittima u ta’ individwi li jixtiequ jsaħħu l-karriera tagħhom fis-settur jew jibdew karriera marittima. Bħala parti mill-impenn tagħhom lejn is-sostennibbiltà tal-industrija marittima, it-tmexxija ta’ MaritimeMT qed tinvesti ’il fuq minn 3 miljun ewro fil-bini ta’ Ċentru ġdid f’Ħal Far kif ukoll f’simulaturi aktar moderni li jaqdu aħjar il-bżonnijiet tal-industrija.

    Il-programm ta’ taħriġ ser ikopri dawk iċ-ċertifikati li wieħed ikollu bżonn biex jopera fuq bastimenti merkantili u kummerċjali, kemm fuq livell internazzjonali biċ-ċertifikazzjonijiet skont il-konvenzjoni tal-STCW, kif ukoll biċ-ċertifikati għall-operat kummerċjali fit-territorju tal-ibħra Maltin skont ir-Regoli tal-Bastimenti Kummerċjali tal-2002 maħruġa mid-Direttorat tal-Portijiet u Yachting fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta. 

    Fil-fatt bħalissa hemm miftuħa l-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss għal dawk l-individwi li jixtiequ javvanzaw minn Boatmaster Grade 1 għal-livell ta’ Mate/Master Certificate. B’dan iċ-ċertifkat, individwu jkun jista’ jservi ta’ Mate fuq bastiment kummerċjali minn 24 metru ’l fuq jew inkella bħala Master fuq bastiment kummerċjali taħt il-50 metru. 

    MaritimeMT qiegħda wkoll tippjana biex  fix-xhur li ġejjin tibda tilqa’ l-applikazzjonijet għaċ-ċertifikazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-Regoli tal-Bastimenti Kummerċjali – minn General Purpose Hand, li jitqies bħala l-introduzzjoni għad-dinja tax-xogħol fuq il-bastimenti żgħar u kbar, għal Boatmaster Grade 2, Boatmaster Grade 1, Engine Driver Grade 3, Engine Driver Grade 2 kif ukoll Engine Driver Grade 1

    Ic-Ċentru joffri diversi korsijiet oħra fosthom il-liċenza għall-VHF SRC ta’ Transport Malta, First Aid, kif ukoll Fire Prevention u Fire Fighting. Għal min ma għandux bżonn ċertifikazzjonijiet kummerċjali iżda jixtieq jagħmel l-eżami għal dik li hija magħrufa bħala n-Nautical Licence, MaritimeMT ser tkun qiegħda tniedi dan il-kors fix-xhur li ġejjin.

    Għal aktar informazzjoni dwar il-korsijet li qed noffru bħalissa u korsijiet li għandna ppjanati, żur is-sit elettroniku www.maritimemt.com jew ibgħat email fuq courses@maritimemt.com. Tista’ wkoll iċċemplilna fuq 99434054 jew iżżur il-paġna tagħna fuq Facebook – MaritimeMT.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0