L-MPE Marlene Mizzi: “It-trasport krudili tal-annimali għandu jieqaf”

  • Ott 10, 2018 13:39
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew ivvota b’mod unanimu favur l-opinjoni tal-MPE Marlene Mizzi dwar it-Trasport tal-Annimali. Fir-rwol tagħha bħala kelliema tal-S&D, l-MPE Mizzi appellat lill-partijiet kollha interessati biex jassiguraw prattiċi aħjar fit-trasport tal-annimali.

    “Irridu li ma jibqax ikollna każi fejn l-annimali jitgħabbew f’kontejners u jitħallew bla ikel u ilma fi sħana kbira, jew f’temperaturi kesħin ħafna, speċjalment fuq il-fruntieri waqt li jistennew l-approvazzjoni doganali. Dan mhux sew!” saħqet Marlene Mizzi, magħrufa għall-ħidma tagħha favur l-annimali.

    Mizzi tkellmet dwar “il-ħtieġa li jittejjeb il-mod li bih l-annimali jittieħdu minn destinazzjoni għal oħra, irrispettivament jekk id-destinazzjoni hijiex ġewwa jew barra l-Unjoni Ewropea. Ma nistgħux inħallu l-vjolazzjonijiet serji u sistematiċi tar-Regolament tal-Kunsill tal-2005 li jitlob li jkunu assigurati standards għoljin waqt it-trasport tal-annimali. Għall-kuntrarju, irridu nsibu modi aħjar kif ninfurzaw dan ir-regolament biex nissalvagwardjaw l-annimali waqt li jiġu ttrasportati.”

    Huwa minħabba f’hekk li l-MPE Mizzi tenniet li “wasal iż-żmien li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi infurzata, b’mod li tipproteġi l-annimali kollha, irrispettivament minn kif jiġu ttrasportati, u jekk dan isirx fuq l-art jew fuq il-baħar. L-istati membri kollha jridu jimxu ma’ din il-leġiżlazzjoni, u l-istituzzjonijiet Ewropej iridu jridu jżommu responsabbli lil dawk il-membri li ma jimxux mal-liġi tal-Unjoni.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0