BNF Bank jagħti l-appoġġ tiegħu lid-djalogu kulturali u d-diversità

  • Ott 10, 2018 15:01
  • Miktub minn iNews
"

    BNFBank huwa kburi li joffri s-sapport tiegħu lil ‘The Majlis – Cultures in Dialogue Exhibition’ li hija miftuħa għall-wiri bħalissa sat-28 ta’ Otttubrufil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta. Il-Mużew Sheikh Faisal Bin Qassim Al-Thani li jinsab f’Doha, fl-Istat tal-Qatar, nieda din il-wirja internazzjonali mill-Belt Valletta taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, l-E.T Sheikh Tamim Bin Hamad Al Thani, l-Emir tal-Istat tal-Qatar u UNESCO Malta bl-approvazzjoni ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

    Din il-wirja toffri esperjenza unika ta’ Majlis awtentiku fejn il-viżitaturi huma mħeġġa jiddiskutu u jaqsmu l-ideat tagħhom. Fost l-affarijiet għall-wiri hemm oġġetti prezzjużi li jvarjaw minn twapet Persjani bil-figura tal-Verġni Marija sa Qurans  Ċiniżi għal artefatti mistiċi li huma mxerrdin mill-Afrika sad-dinja Għarbija u l-Indja. Huma xhieda ta’ mijiet ta’ snin ta’ djalogu interkulturali u huma fil-qalba ta’ stejjer affaxxinanti ta’ esperjenzi umani differenti.

     “Permezz ta’ dan is-sapport lejn il-kultura, BNF Bank qed jieħu l-impenn li jibni komunitajiet aktar b’saħħithom. Hekk kif id-dinja qiegħda ssir dejjem iktar iddiversifikata, il-Bank qed jirrikonoxxi l-fatt li t-trawwim ta’ kulturi differenti u l-kollaborazzjoni tagħhom huwa kontribut essenzjali għal koeżjoni ekonomika u soċjali”, stqarr Michael Collis, Kap Eżekuttiv u Direttur Maniġerjali. “Il-kultura, flimkien mal-edukazzjoni, il-wirt u l-filantropija jiffurmaw parti qawwija tal-istrateġija tar-Responsabbiltà Soċjali tal-Intrapriżi u għalhekk ninsabu kburin li qed nagħtu sehemna għal din il-wirja li tinkoraġġixxi d-djalogu u d-diversità kulturali.

    Il-wirja ‘Majlis – Cultures in Dialogue’ se tiġi ppreżentata f’postijiet ewlenin f’ħafna bliet Ewropej fix-xhur li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0