GO tiftaħ il-fibre network tagħha biex tħaddem operaturi oħrajn

  • Ott 10, 2018 15:54
  • Miktub minn iNews
"

    GO illum iffirmat ftehim li permezz tiegħu, operaturi li m’għandhomx in-network tagħhom issa se jkunu jistgħu jagħmlu użu min-network modern Fibre-To-The-Home (FTTH) ta’ GO biex ikunu jistgħu jibdew iwasslu servizzi fixed broadband imħaddma mill-fibre network ta’ GO lill-klijenti tagħhom.

    “B’dan il-ftehim, GO qed tkompli tikkonferma lilha nnifisha bħala l-investitur ewlieni fl-infrastruttura ta’ telekomunikazzjoni ta’ suċċess f’Malta li permezz tagħha, operaturi se jkunu jistgħu ikomplu jaqdu lill-klijenti tagħhom aħjar,” qal is-CEO ta’ GO Nikhil Patil.

    “GO ilha ta’ kull sena tinvesti l-miljuni sabiex issaħħaħ l-infrastruttura ta’ telekomunikazzjoni sabiex isservi d-domanda tejjem tikber u sabiex tgħin lill-ekonomija Maltija. Għamilna dan kollu b’spejjeż kbar, hħidma u riksju biex Malta tkun verament minn ta’ quddiem nett fil-qasam teknoloġiku u dak tat-telekomunikazzjoni għaliex bħala kumpanija li nibtet u kibret f’Malta, GO tagħraf, tifhem u tfittex li taqbeż l-aspettattivi tal-klijenti u tan-negozji. GO hija kburija b’dan l-investiment li wassal l-infrastruttura li kien hemm bżonn biex il-Gvern jasal fil-viżjoni tiegħu għal Malta bħala blockchain island.”

    Is-sur Patil irrimarka li mhux kull operator għandu r-rieda, jew il-kapaċità li jinvesti f’Malta bil-mof kif GO ilha tinvesti fil-FTTH madwar il-pajjiż kollu matul dawn l-aħħar snin. Fil-fatt, f’dawn il-ħames snin li ġejjin, GO tippjana li tkun l-uniku operator b’fibre network li jilżaq il-parti l-kbira tad-djar Maltin.

    Wieħed ma jridx jinsa wkoll l-obbligazzjoni regolatorja li bħalissa hija imposta fuq GO li tagħmilha iżjed faċli għal operaturi oħra li jirkbu fuq infrastrutturi eżistenti. Is-sur Patil jiżgura lill-azzjonisti ta’ GO li l-kumpanija se tibqa’ tirrevedi l-għażliet tagżha ta’ investiment u tibqa impenjata li tinvesti biss meta l-kumpanija jaqblilha.

    “GO hija kburija li ditti globali qed japprezzaw dak li kapaċi noffrulhom u kuntenti li dawn l-operaturi qed jagħżlu il-fibre network tagħna biex jibqgħu iwasslu is-servizzi lill-klijenti tagħhom,” temm is-sur Patil.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0