Il-vittmi fl-Indoneżja jitilgħu għal 2,045 … Mal-5,000 persuna għadhom rapportati neqsin

  • Ott 10, 2018 17:56
  • Miktub minn iNews
"

    L-Aġenzija għad-Diżastri Naturali tal-Indoneżja qalet li l-vittmi kaġun tat-terremoti u t-tsunami li laqtu lill-provinċja tas-Sulawesi Ċentrali telgħu għal 2,045. Dan filwaqt li għad baqa madwar 5,000 persuna oħra li għadhom rapportati neqsin.

    Kelliemi għall-aġenzija, Sutopo Purwo Nugroho, qal li l-biċċa l-kbira tal-katavri nstabu fil-kapitali tal-provinċja, Palu, li l-aktar li ntlaqtet minn dan id-diżastru naturali.

    Sadanittant l-awtoritajiet qed jgħaġġlu l-proċess biex il-vittmi jindifnu hekk kif il-katavri kienu qed jiddekomponu.

    Aktar minn 74,000 persuna għadhom qed ifittxu kenn fil-112-il ċentru tal-evakwazzjoni li jinsabu fil-provinċja.

    F’dan id-diżastru naturali nqerdu total ta’ 67,310 dar f’Palu u d-distretti ta’ Donggala, Sigi u Parigi Mountong.

    Il-missjoni ta’ tiftix u salvataġġ se tiġi fi tmiemha għada, ġimagħtejn wara li seħħet il-katastrofi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0