“F’każijiet t’abbuż ta’ minuri, trid titneħħa l-preskrizzjoni”

  • Ott 10, 2018 18:05
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli: Fl-2017, tlett allegazzjonijiet ‘sostanzjati’ t’abbuż fuq minuri… 

    Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport tagħha għas-sena 2017, il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli fi ħdan l-Arċidjoċesi Maltija appellat biex meta jkun hemm investigazzjonijiet fuq abbużi ta’ minuri, il-perjodu ta’ preskrizzjoni stipulati fil-liġi għandhom jitneħħew, “biex b’hekk verament titwettaq ġustizzja ma’ dan il-vittmi.”

    Il-Kap tal-Kummissjoni, Andrew Azzopardi, ħabbar kif matul is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni rċeviet tliet allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq minuri, li kienu sussegwentement ippruvati. Fit-tliet każi, li kienu jinvolvu saċerdot djoċesan, patri u lajk, il-Kummissjoni rreferiet il-każijiet lill-Pulizija  waqt li ġew imposti restrizzjonijiet differenti fuq l-attività personali tal-persuni kkonċernati.

    Il-Kummissjoni saħqet ukoll li fil-preżent, għadha tevalwa 12-il ilment ieħor li jikkonċernaw minuri. Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk dawn il-każijiet humiex riċenti jew le, Azzopardi semma kif “waqt li ftit każijiet jiġu riżolti fi ftit xhur, għandna oħrajn li ilhom miftuħin għal iktar minn 5 snin. F’numru ta’ każijiet, minħabba li kien hemm proċess il-Qorti, il-każ baqa miftuħ sakemm ma kien hemm id-deċiżjoni finali.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0