Aktar appoġġ għal intraprendituri u riċerkaturi fil-qasam marittimu

  • Ott 10, 2018 19:16
  • Miktub minn iNews
"

    Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta Marittima u l-Università ta’ Malta nedew il-Maritime Seed Award (MarSA) bl-għajnuna tal-Uffiċċju għat-Trasferiment ta’ Tagħrif – KTO, l-Inkubatur tan-Negozju TAKEOFF, u ċ-Ċentru għall-Intraprenditorija u għall-Inkubazzjoni tan-Negozju – CEBI. Se jiġu allokati fondi li jlaħħqu l-€100,000 permezz ta’ sejħa kompetittiva miftuħa għal riċerkaturi u intraprendituri li jaħdmu fil-qasam marittimu.

    Qegħdin jiġu offruti żewġ tipi ta’ fondi, li huma fondi għal proof of concept biex jgħinu lir-riċerkaturi tal-Università ta’ Malta jqarrbu r-riċerka tagħhom lejn il-kummerċjalizzazzjoni, useed funds li jagħmluha possibbli sabiex intraprendituri jressqu l-intrapriża tagħhom eqreb lejn l-ewwel klijent jew investiment tagħhom. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet sa €20,000 hija miftuħa u tagħlaq it-Tnejn 22 ta’ Ottubru 2018.

    Il-President ta’ Malta Marittima Daniel Aquilina sostna “li jiġi żviluppat kunċett ta’ negozju jista’ jkun stimulanti u fl-istess ħin joffri sfida, b’mod partikolari fl-istadji bikrin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott fit-tfittxija għall-opportunitajiet tas-suq u t-tkabbir. Fil-fatt, l-għan ewlieni tal-iskema MarSa hu li jgħin b’mod finanzjarju individwi li għandhom livell ta’ ħiliet intraprenditorjali. Jekk tassew nemmnu fl-iżvilupp ta’ ekonomija blu innovattiva u bbażata fuq ix-xjenza, għandna bżonn intraprendituri li jaħsbu b’mod kreattiv. Il-proġetti li ġew iffinanzjati sa issa jagħtu prova ċara li kunċetti u/jew ideat innovattivi u sostenibbli li għandhom bażi xjentifika jistgħu jiġu żviluppati f’intrapriżi ta’ suċċess biex l-ekonomija blu  tiffjorixxi.

    Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta Alfred J. Vella rrimarka li “permezz tal-Maritime Seed Award, l-Università u Malta Marittima qegħdin jinkoraġġixxu l-innovazzjoni u l-intraprenditorija fil-qasam Marittimu. L-iżvilupp fit-teknoloġija u negozji ġodda (start-ups) f’dan il-qasam mhumiex fil-livell li wieħed jistenna minn gżira żgħira mdawra bil-baħar, għalhekk nittamaw li l-fondi jinkoraġġixxu aktar attività f’dan il-qasam importanti.”

    Għal aktar dettalji dwar l-iskema u biex tirreġistra għall-workshop, wieħed għandu jżur www.takeoff.org.mt 

    Il-Ministru ghat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li jinsab sodisfatt ħafna li wara s-suċċess tas-sena l-oħra hemm interess qawwi din is-sena wkoll sabiex riċerkaturi jistgħu japplikaw għall-fondi biex jagħmlu proġetti li jistgħu jiġu kommerċjalizzati fuq is-settur marittimu. Hu sostna li s-settur marittimu huwa l-qofol tal-ekonomija ta’ Malta, fejn f’pajjiżna għandna settur miftuħ li jvarja minn servizzi legali, għal riparazzjoni ta’ yachtstranshipments ta’ containers, kif ukoll reġistrazzjoni ta’ vapuri, flimkien ma’ setturi oġra li jappoġġjaw din l-industrija tant importanti. Żied jgħid li bħala Malta Marittima se titkompla ħidma kollettiva mal-Università ta’ Malta u ma’ entitajiet oħra sabiex dan is-settur ikompli jissaħħaħ, filwaqt li jinħolquclusters li jwasslu għall-ġid ekonomiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0