Busuttil: “Stupidu jekk temmen li Muscat ma jafx ta' min hi Egrant”

  • Ott 10, 2018 20:14
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil insista fil-Parlament li l-Prim Ministru Joseph Muscat jaf ta' min hija l-kumpanija Egrant u sostna li trid tkun stupidu jekk ma temminx dan.

    Huwa għamel din id-dikjarazzjoni waqt il-ħin tal-Aġġornament fejn spiċċa f'battibekk ma' diversi membri tal-Gvern wara li allega li Muscat mar għand il-maġistrat u talbu li jagħmel inkjesta wara li serraħ rasu li l-provi sparixxew, l-ajrupan telaq u l-Kummissarju tal-Pulizija mar fenkata.

    Din l-istqarrija qajjmet rabja kbira fid-deputati tal-Gvern fosthom fil-Whip Byron Camilleri li ġibed l-attenzjoni tad-Deputat Spiker Claudette Buttigieg li l-Standing Orders jgħidu li membru parlamentari ma setax jattribwixxi lil xi deputat ieħor intenzjoni ħażina.

    Min-naħa tiegħu, il-Ministru Chris Cardona iddeskriva l-istqarrija ta' Busuttil bħala dikjarazzjoni serja għax qed jallega li l-Prim Ministru bagħbas mal-evidenza u stiednu jirrepeti dan il-kliem barra.

    Id-deputati tal-Gvern u Busuttil ikomplu jargumentaw bejniethom u wara li d-Deputat Spiker ħeġġet liż-żewġ naħat biex joqgħodu attenti fi kliemhom hija spiċċat keċċiet 'il barra lill-membru parlamentari Glenn Bedingfield u nstemgħet tgħid lill-Iskrivan tal-Kamra li semgħetu jidgħi.

    Buttigieg talbet lil Bedingfield jidħol lura fil-Kamra, jitlob skuża u jerġa' joħroġ bid-deputat Laburista jiskuża ruħu u ammetta li “Busuttil tilifni” waqt li akkuża lill-eks-Kap tal-PN li qed jigdeb.

    Minbarra li baqa' jinsisti li Muscat jaf ta' min hi l-Egrant, Busuttil irrefera għas-seduta parlamentari tat-Tlieta fejn sostna li Muscat għajjru bi kliem goff u aggressiv kif ukoll akkużah li huwa frodist meta mhuwiex.

    Waqt li ftaħar li “ma ħallejtux b'xejn lill-Prim”, l-eks-Kap tal-PN ta x'jifhem ukoll li Muscat irid jagħmel 'frame-up' fuqu u nsista li t-theddid tal-Prim Ministru fil-konfront tiegħu mhux aċċettabbli speċjalment meta niftakru li sena ilu nqatlet Daphne Caruana Galizia.

    Busuttil qal li fl-inkjesta tiegħu l-Maġistrat Aaron Bugeja jikkonkludi li ma nstabux provi li l-Egrant kienet tal-Prim Ministru jew ta' martu imma saħaq li hemm differenza milli kieku l-istess maġistrat qal li ma kinietx tiegħu.

    L-eks-Kap Nazzjonalista sostna li huwa kien u għadu jemmen li l-Egrant hija ta' Muscat jew ta' martu u rrimarka li fl-aħħar iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma u s-sewwa jirbaħ żgur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0