Kritiċi jitkellmu dwar l-akkomodazzjoni ta’ Mourinho

  • Ott 11, 2018 00:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach ta’ Manchester United Jose Mourinho ilu 825 ġurnata fil-belt ta’ Manchester u minkejja li normalment coach jew player ifittex dar jew appartament sabiex joqgħod fih, The Special One għażel li jibqa’ jgħix ġo kamra lussuża ta’ lukanda.

    Fil-fatt huwa joqgħod fil-lukanda Lowry u għandu kamra msejħa Suite Riverside li qed tiswa lill-club Ingliż is-somma ta’ 600 lira sterlina kull lejl. It-total kollu sabiex Mourinho jkun jista’ joqgħod hemm jammonta għal €500,000. Dan kollu qed iġiegħel lill-kritiċi tal-futbol Ingliż jiddiskutu b’mod aħrax dwar dawn il-flus li ħafna qed iqisuhom moħlija għall-coach li xejn m’hu qed ikollu reputazzjoni tajba mal-club.

    Minkejja li f’dawn it-825 ġurnata l-coach Portugiż rebaħ il-UEFA Europa League u l-League Cup, huwa ma seta’ jirbaħ xejn aktar u dan l-istaġun kien wieħed diżappuntanti fejn kisbu biss 13-il punt minn tmien partiti u jinsabu fit-tmien post tal-klassifika tal-PremierLeague Ingliż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0