Graham Borg u Hannah Pace jżommu t-titlu tal-kampjonat tat-triathlon

  • Ott 11, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Graham Borg u Hannah Pace żammew it-titlu ta’ cham­pions ta’ li Sprint Triathlon meta ġewwa s-Salina, it-tnejn taw prestazzjonijiet notevoli.

    Il-kampjonati nazzjonali ta’ li Sprint Triathlon, li kienet ukoll l-aħħar tellieqa tas-serje organizzata minn Birkirkara St Joseph Sports Club, saru f’kundizzjonijiet kważi perfetti.

    Għal Borg u Pace li kienu qegħdin jirritornaw għal tlielaq ta‘ distanzi qosra wara li kkompettew fi tlielaq ta’ distanzi itwal, din kienet se tkun kompetizzjoni interessanti, biss biss biex wieħed jara jekk it-tranżizzjoni tagħhom minn distanzi twwal għal distanza qosra kinitx ser tkun mingħajr xkiel ta’ xejn.

    L-għawma ta’ 750 metru f’baħar kalm rat lil Bernard Sant johrog l-ewwel mill-ilma segwit minn Shaun Galea u Graham Borg. Minkejja bidu promettenti, problemi tekniċi rriżultaw bl-irtirar ta’ Sant mit-tellieqa u kamp miftuħ għall-battalja bejn Galea u Borg.

    Galea, li rebaħ it-tellieqa preċedenti, kien ser jagħmel minn kollox biex jipprova jiżgura t-titlu, iżda Borg, minkejja li rritorna lura biss mit-tellieqa Ironman 70.3 ftit ġimgħat ilu, kien determinat li ma jċedix faċilment. 

    Borg kabbar id-distakk bejnu u bejn Galea fit-taqsima tar-rota, biex hekk Borg kellu bidu komdu fit-taqsima tal-ġiri. 

    B’wirja ta’ determinazzjoni Galea beda joqrob lejn Borg, iżda Borg kompla jagħfas ‘il quddiem sabiex iżomm it-titlu ta’ champion għal sena oħra,  b’vantaġġ ta’ 32 sekonda fuq Galea.

    Fit-tielet post kien Kevin Muscat, li wera titjib konside­revoli fit-tlielaq ta’ din is-sena. L-atleta Jesrit Camilleri rreġistra l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri tal-ġurnata.

    It-taqsima tan-nisa rat lil Hannah Pace bħala l-ewwel mara u r-raba‘ atleta li ħarġet barra mill-ilma u tmexxi l-pass fit-taqsima tar-rota.

    Margaret Seguna, rebbieħa taż-żewġ tlielaq ta’ qabel ħarġet mill-ilma  27 sekonda wara Pace biex issegwiha fuq ir-rota. 

    Minkejja t-tentattivi ta’ Seguna biex iżżomm id-distakk qasir bejnha u bejn Pace fl-aħħar dawra tal-korsa Pace żiedet il-veloċità biex takkwista vantaġġ ta’ 3 minuti u 21 sekonda.

    Pace żammet it-titlu tagħha għal sena konsekuttiva oħra meta spiċċat kważi tliet minuti qabel Seguna. Madankollu Seguna rreġistrat l-aħjar ħin fit-taqsima tal-ġiri fit-taqsima tan-nisa.

    Fit-tielet post, kważi sitt minuti wara Seguna, kienet Lara Buttigieg.

    Ta’ min jinnota, li bħal Borg, Pace għamlet ritorn fuq din id-distanza wara li ħadet sehem fl-ewwel tellieqa Ironman f’Copenhagen ftit tal-ġimgħat ilu.

    Pace waqqfet rekord nazzjonali ġdid u rebħet it-tielet post fil-grupp tal-età tagħha.

     It-tellieqa kienet ukoll ir-raba’ u l-aħħar tellieqa tas-serje ta’ Birkirkara St Joseph Sprint Triathlon u kienu Michael Bongailas u Anjelika Ruggier li ħarġu bħala r-rebbieħa ġenerali, meta huma  kisbu l-aktar punti bbażati fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tlielaq kollha tas-serje.

    “Din it-tellieqa tikkonkludi s-sajf impenjattiv għall-Birkirkara St Joseph Sports Club li għal darb’oħra,  kien sajf ta’ suċċess.

    Dan huwa grazzi għall-parteċipazzjoni tal-atleti iżda wkoll l-appoġġ tal-awtoritajiet li jassistu fl-organizzazzjoni ta‘ avvenimenti bħal dawn,“ ikkummenta Euchar Camilleri, segretarju ġenerali, Birkirkara St Joseph Sports Club.

    “Madankollu, issa nħarsu ‘l quddiem għall-istaġun tax-xitwa li jiffoka fuq avveniment ta’ atletika, jiġifieri, il-Eurosport Malta International Challenge Marathon f’Novembru u l-Eurosport 5k and 10k Road Races f’Diċembru.”

    Il-premjijiet għar-rebbieħa Birkirkara St. Joseph Triathlon Series kienu ppreżentati mill-Uffiċjali tal-Club, Maria Vella-Galea u Barry Whitmore, filwaqt li r-rebbieħa tal-Kampjonat Nazzjonali Sprint Triathlon ġew ippreżentati trofej mill-pre­sident tal-Federazzjoni Triathlon ta’ Malta, Cyprian Dalli.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0