Żewġ players internazzjonali Russi akkużi ta’ attakk fuq persuna

  • Ott 11, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ players internazzjonali Russi jinsabu taħt investigazzjoni wara attakk fuq uffiċjal taċ-ċivil f’kafé f’Moscow.

    Dawn huma Aleksandar Kokorin ta’ Zenit St Petersburg u Pavel Mamaev ta’ Krasnodar li qed jingħad li attakkaw lill-uffiċjal tal-Ministeru tal-Kummerċ, Denis Pak, tant li ħallewh fil-bżonn ta’ attenzjoni medika.

    Il-Ministeru tal-Intern Russu, fetaħ investigazzjoni fuq l-inċident.

    Zenit qalu li Kokorin ġab ruħu b’mod “disgustanti” waqt li Krasnodar qalu li se jaraw biex itemm il-kuntratt ta’ Mamaev.

    “L-investigazzjoni qed tistabbilixxi ċ-ċir­kostanzi kollha tal-parteċipanti fl-inċident,” qal fi stqarrija l-Ministeru tal-Intern.

    Kokorin, 27 sena, lagħab 48 darba għat-team nazzjonali, iżda falla l-finali tat-Tazza tad-Dinja minħabba li kien imweġġa’. Huwa ilu ma’ Zenit mill-2016.

    “Li seħħ il-bieraħ f’Moscow fejn kien involut Aleksandar Kokorin, ikkawża arja diżgustanti u inkwetanti fil-club,” qalu ċ-champions ħames darbiet tar-Russja, Zenit, fi stqarrija.

    “Ma naħsbux li huwa neċessarju li nitkellmu fuq kastig mill-club lill-player – iżda dan se jsir, għalkemm bħalissa t-tmexxija ta’ Zenit u l-partitarji m’huma qed iħossu xejn ħlief dispjaċir, li wieħed mill-iktar players ta’ talent fil-pajjiż ġab ruħu b’mod mill-iktar diżgustanti.

    “Issa nistennew l-istima legali mill-għaqdiet relevanti, iżda mill-perspettiva umana u emozzjonali, inċident bħal dan iqajjem biss mistħija.”

    Mamaev, 30 sena, lagħab 15-il logħba għar-Russja u lagħab 128 darba ma’ CSKA Moskow qabel ingħaqad ma’ Krasnodar fl-2013.

    “Bħalissa qed naraw kif se nwaqqfu l-kuntratt mal-player,” qalu FC Krasnodar. “Sfortunatament, il-kuntratti jsiru b’mod li jipproteġu lill-atleti professjonali sa fejn hu l-iktar possibbli. Iżda se nagħmlu minn kollox intemmuh.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0