Disa’ membri ġodda fil-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

  • Ott 11, 2018 00:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) f’Buenos Aires, l-Arġentina, daħħal disa’ membri ġodda, iżda reġa’ ta l-ġenb kemm lill-FIFA kif ukoll lill-IAAF meta t-tnejn ħabbtu wiċċhom bil-korruz­zjoni u skandli tad-doping estensivi.

    Il-Greċja, li organizzaw l-ewwel Olim-pjadi Moderni, tħalliet barra wkoll għat-tielet sena wara l-oħra fl-isfond ta’ kwistjonijiet ħorox fuq il-kontroll tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali.

    Morinari Watanabe u Andrew Parsons, li huma l-presidenti tal-International Gymnastics Federation (FIG) u l-International Paralympic Committee (IPC) rispettivament, kienu fost dawk li ngħaqdu mal-kumitat.

    Huma ngħaqdu mal-president tal-Kumitat Olympiku Taljan, Giovanni Malago, li pajjiżu se jagħmel offerta għal-Logħob      Olimpiku tax-Xitwa 2026.

    Il-membri l-oħra li daħlu fil-KOI huma l-membri anzjani, Samira Ashgari mill-Afganistan, Prince Jigyel Ugyen Wangchuk mill-Bhutan, Daina Gudzineviciute mil-Litwanja, Camilo Perez Lopez Moreira mill-Paragwaj, Felicite Rwemarika minn Rwanda u William Blick mill-Uganda.

    Waqt li l-menswalitá fil-KOI għall-kapijiet tal-football u tal-atletika, tnejn mill-ikbar federazzjonijiet fid-dinja, li għal ħafna snin kienet waħda awtomatika, il-kumitat ma pproponiex lill-president tal-FIFA, Gianni Infantino, jew lil dak tal-IAAF, Sebastian Coe.

    Minkejja li jippresjiedu fuq tnejn mill-iktar sports popolari fid-dinja, f’dawn l-aħħar snin, il-FIFA u l-IAAF kienu mdaħħla f’fir­xa ta’ skandli li xejn ma jagħmlu ġieħ lill-isport li jirrappreżentaw.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0