Minn tal-inqas sitt peresuni tilfu ħajjithom, waqt li hemm disgħa oħra li għadhom irrapportati nieqsa, f’għargħar li ħakem lill-gżira Spanjola ta’ Mallorca.
Mewġa kbira ta’ ilma bit-tajn niżlet fuq il-belt ta’ Sant Llorenç des Cardassar fil-Lvant ta’ din il-ġżira. Dan seħħ wara li faret ix-xmara kawża tax-xita qalila li għamlet. Kawża ta’ dan l-ammont kbir ta’ ilma għadd ta’ karozzi spiċċaw imkaxkra mat-toroq.
Immedjatament fuq il-post marru madwar 100 ħaddiem tas-salvataġġ flimkien ma’ għadd ta’ klieb biex jgħinu fit-tfittxijiet. Apparti hekk, intbagħtu tliet ħelikoperts kif ukoll ajruplan tat-tip Hercules.
Fost dawk mejta f’Sant Llorenç des Cardassar hemm koppja Ingliża li tilfu ħajjithom hekk kif it-taxi li kienu fiha nġarret mill-ilmijiet. Ix-xufier ta’ din it-taxi għadu ma nstabx.
Din iż-żona ntlaqtet minn aktar minn tmien pulzieri ta’ xita f’ħin qasir ħafna. Ix-xita bdiet nieżla matul il-ġurnata tat-Tlieta. Kawża tad-diżastru li nħoloq, iċ-ċentru sportiv ta’ Miguel Angel Nadal ġie mibdul f’xelter apposta biex dawk ir-residenti milquta jkunu jistgħu jistkennu hemm.
Matul il-ġurnata tal-bieraħ, l-awtoritajiet lokali sejħu laqgħa urġenti biex jiġi kkordinat l-isforz ta’ salvataġġ.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Spanjol Pedo Sanchez permezz ta’ twitter wera s-sogħba tiegħu għal dak li ġara. Sanchez żar iż-żona milquta lbieraħ.
Dan id-diżastru naturali fakkar lil bosta f’dak li kien ġara f’Diċembru tal-2016 meta maltempata kbira kienet laqtet lin-Nofsinhar ta’ Spanja u ħalliet għadd ta’ persuni mejtin.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.