Il-Ministru Ian Borg jiltaqa’ ma’ rappreżentanti minn kumpaniji tal-avjazzjoni

  • Ott 11, 2018 12:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg iltaqa’ ma’ diversi rappreżentanti minn entitajiet tal-avjazzjoni li kellhom l-opportunità jaqsmu ħsibijiethom mal-Ministru fir-rigward tas-settur tal-avjazzjoni f’Malta. 

    F’diskors qasir, il-Ministru Ian Borg esprima li hu kburi bis-settur, fejn in-numru ta’ ajruplani reġistrati rdoppja mill-2012. Dan ifisser li r-reġistru Malti llum għandu 293 ajruplan reġistrat taħtu filwaqt li n-numru ta’ dawk li għandhom Air Operator Certificate żdied minn 18 għal 35 fuq l-istess perjodu. Waqt li tkellem dwar in-natura dinamika u l-ħidma bieżla tas-settur tal-avjazzjoni f’Malta, il-Ministru qal li hu ta’ sodisfazzjoni għalih li regolarment, diversi operaturi jibdew diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili biex jew ikabbru l-flotta jew inkella jistabbilixxu bħala operaturi ġodda fi ħdan il-ġurisdizzjoni Maltija.

    Il-Ministru Borg tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jmexxi ’l quddiem l-industrija tal-avjazzjoni. “Il-Gvern se jkompli jiffaċilita l-operat ta’ kuljum tal-kumpaniji tal-avjazzjoni; se nibqgħu proattivi, affidabbli u kommessi li niżguraw li din l-industrija tkompli ssostni l-pass li qabdet”, qal il-Ministru Borg. Il-Ministru kkonkluda billi rringrazzja lid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għad-dedikazzjoni u għall-ħidma tagħhom u lil dawk preżenti tal-fiduċja fir-reġistru Malti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0