Tmut mara mixlija bil-qtil ta' bintha

  • Ott 11, 2018 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-ġuri dwar il-qtil tar-Russa Yulia Kalinina mhux se jsir wara li l-persuna akkużata bil-qtil tagħha, ommha Tamara Gennadievna Boubekova, mietet waqt li kienet għadha qed tinżamm taħt arrest b'rabta mal-każ.

    Kien fil-31 ta' Jannar 2011 li l-Pulizija sabu lil Kalinina mejta f'appartament fix-Xemxija fejn kienet tgħix m'ommha u mill-awtopsja rriżulta li t-tfajla ta' 28 sena nqatlet wara li ġiet fgata.

    Ommha, li kellha 65 sena meta mietet, ġiet mixlija bil-qtil tagħha u mill-kumpilazzjoni rriżulta li t-tfajla Russa, omm tifla li llum għandha 16-il sena, inqatlet bejn is-26 u l-31 ta' Jannar.

    Fuq it-tnejn li huma nstabu marki ta' snien u wara li dentist ikkonkluda li dawn kien 'love bites' li saru minn xulxin, numru ta' esperti oħra iddeskrivew din il-konklużjoni bħala fantasija.

    Għalkemm il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli kienet kważi lesta u kollox kien jidher lest biex il-kawża tmur għall-ġuri, l-imsemmija maġistrat ġiet infurmata bil-mewt tal-akkużata biex issa l-proċeduri legali dwar dan id-delitt ġew eżawriti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0