Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu f’diskussjonijiet dwar l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu

  • Ott 11, 2018 15:41
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għall-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni ma’ service providers fil-qasam tal-awtiżmu, organizzata mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu.

    Wara li fit-2 ta’ April 2018 twaqqaf il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu, dan qed jiltaqa’ ma’ u jisma’ lil bosta partijiet interessati.

    L-iskop tal-laqgħa kien biex jiġu spjegati l-għanijiet u l-operat tal-Kunsill kif ukoll biex il-Kunsill jiltaqa’ mas-service providers u jkun jista’ jisma’ wkoll il-ħsibijiet u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tal-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu li qed ifassal, kif ukoll dwar is-settur lokali tal-awtiżmu. 

    Fost il-punti li ħarġu mil-laqgħa, is-service providers għamlu enfasi dwar l-irwol essenzjali ta’ interventi bikrija fil-qasam tal-awtiżmu filwaqt li tkellmu dwar l-isforzi li għandhom isiru fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur - liema direzzjoni diġà qed tittieħed mis-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva. 

    Anthony Agius Decelis qal li dawn il-laqgħat ta’ djalogu għandhom valur importanti biex l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Awtiżmu tkun infurmata u relevanti għas-settur u għall-ħajja tal-individwi fil-firxa wiesgħa tal-awtiżmu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0