Malta trid issir “id-destinazzjoni tal-Mediterran”… daqt il-ftehim biex art fi Smart City tgħaddi għand il-Gvern ħalli ftit tas-snin oħra ssir il-kampus tal-ITS

  • Ott 11, 2018 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi iddikjara li huwa jrid li Malta ssir “id-destinazzjoni tal-Mediterran”.

    Huwa rrimarka dan waqt l-inawgurazzjoni tal-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f'Ħal Luqa fejn qabel kien hemm l-uffiċini tal-Air Malta.

    Mizzi semma kif din is-sena mistennija nilħqu t-2.7 miljun turist u nkunu qed neskludu l-madwar 800,000 turist li se jkunu waqfu Malta fuq vapur tal-passiġġieri.

    Huwa sostna li bil-ħidma tal-Gvern it-turisti qed jiġu matul is-sena kollha u mhux fix-xhur tas-sajf biss.

    Mizzi semma kif din is-sena n-numru ta' studenti fl-ITS tela għal madwar 1,000 li 630 minnhom qed jistudjaw fuq bażi fultajm u 260 minnhom huma barranin.

    Il-Ministru għat-Turiżmu qal li dan il-kampus se jservi għal numru ta' snin sakemm jinbena dak ġdid fi Smart City li se jkun fih lukanda ta' erba' stilel li titmexxa mill-istudenti.

    Dwar dan semma kif daqt jitressaq quddiem il-Parlament il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija minn Dubaj li tmexxi Smart City biex l-art fejn se jsir il-kampus tgħaddi f'idejn il-Gvern.

    Fost dawk preżenti għall-inawgurazzjoni tal-kampus il-ġdid kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda, Zurub Poloikashvili, kif ukoll il-bord tad-diretturi tal-ITS fosthom iċ-Ċermen Carlo Micallef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0