Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġiż mill-karozzi

  • Ott 11, 2018 18:56
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ewroparlamentari Miriam Dalli tmexxi l-Parliament Ewropew fl-ewwel taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill

    Inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministri Ewropej tal-Ambjent adottaw l-pożizzjoni dwar it-tnaqqis tat-tniggiz mill-karozzi, ingħata bidu għat-taħditiet bejn it-tliet istituzzjonijiet, fil-proċess magħruf bħalha ‘trilogue’.

    Hija l-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli, li qed tmexxi n-negozjati f’isem il-Parlament Ewropew wara li l-proposti leġislattivi tagħha ġew adottati b’maġġoranza b’saħħitha ftit tal-jiem ilu fi Strasburgu.

    “Il-Parlament Ewropew kien ċar fil-pożizzjoni tiegħu li l-emissjonijiet mis-CO2 jridu jonqsu b’20% sal-2025 u b’40% sal-2030. Bħalha Parlament qbilna wkoll li ndaħħlu miżuri ġodda li jissalvagwardjaw l-ambjent, li jrahhsu l-prezz ghall-konsumaturi, li jnaqqsu l-ispiza fix-xiri ta’ fuels, filwaqt li jsir investiment fl-infrastruttura u jkunu protetti l-ħaddiema,” Dalli qalet lill-Kummissarju Ewropew għall-Klima, Miguel Arias Canete.

    Minkejja l-proposti aktar dgħajfa maqbula minn naħa tal-Kunsill tard it-Tlieta filgħaxija, numru ta’ pajjiżi - aktar minn 17- qalu li ma jaqblux ma’ miri anqas ambizzjużi minn dawk li qabel dwarhom il-Parlament Ewropew. Fosthom kien hemm pajjiżi, li jinkludu d-Danimarka, l-Irlanda, l-Lussemburgu u Slovenja, li wkoll ħarġu stqarrija biex jinsistu u jesprimu d-diżappunt tagħhom wara l-ftehim tal-Kunsill Ewropew, bit-tama li jkun il-Parlament Ewropew li jerga’ jsaħħaħ il-liġi.

    Fuq Twitter, kienu bosta l-pajjiżi u organizzazzjonijiet li qalu li hemm bżonn ta’ aktar ambizzjoni u li jafdaw f’idejn Miriam Dalli biex tinnegozja pożizzjoni aktar b’saħħitha. Fosthom il-Ministru tal-Ambjent Żvediża Karolina Skog, l-Olanda u anke’ Malta. BEUC, l-organizazzjoni tal-konsumaturi fuq livell Ewropew, qalet li kienet tistenna aktar minn għand il-pajjiżi Ewropej.

    “Il-Parlament Ewropew irid jibqa’ sod fil-pożizzjoni tiegħu u jimbotta lill-istituzzjonijiet l-oħra biex iżidu l-miri għall-2-25 u 2030,” qalet BEUC.

    F’kummenti li tat Dr Miriam Dalli qalet li l-pożizzjoni tal-Istati Membri iżid id-determinazzjoni tagħha biex tinnegozja riżultat aktar b’saħħtu f’isem il-Parlament Ewropew.

    “Se nibqa’ nimbotta għal-leġiżlazzjoni li verament tagħmel ġid lill-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħna,” sostniet Miriam Dalli.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0