Kampjonat Ewropew Under 21: Illum Malta tilgħab kontra l-Ungerija

  • Ott 12, 2018 00:18
  • Miktub minn iNews
"

    Illum it-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, immexxi mill-coach Silvio Vella, se jilgħab l-ewwel mill-aħħar żewġ partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew.

    Iżda dan it-tournament xejn ma kien pożittiv għaż-żgħażagħ Maltin fejn minkejja xi wirjiet pożittivi ma kiseb l-ebda punt.

    It-team Malti ilu jitħarreġ għal dawn l-aħħar jiem u Vella għandu l-players kollha fl-aqwa forma possibbli u l-ebda wieħed minnhom m’hu qed isofri minn xi injury.

    L-uniku diżappunt għall-coach huwa li ma jistax jinkludi players bħal Joseph Mbong, Juan Corbalan u Jake Grech li ġew imsejħa fl-iskwadra tal-kbar li lagħbet kontra l-Kosovo.

    F’konferenza stampa li ġiet indirizzata fis-sala tal-konfe-renzi tal-Istadium Nazzjonali, il-coach nazzjonali semma’ kif għalkemm it-team għadu bla punti, din hija opportunità oħra għal dawn iż-żgħażagħ biex juru x’jafu fl-aspirazzjonijiet tagħhom li jiġu promossi mat-team tal-kbar anke fid-dawl tal-fatt li għal ħafna minnhom iż-żewġ logħbiet, illum kontra l-Ungerija u t-Tlieta li ġej kontra Ċipru, se jkunu l-aħħar esperjenza għalihom f’din il-kategorija.

    Vella qal: “Il-punti huma importanti imma l-għan aħħari għal dawn il-players huwa li jigu msejħa mat-team nazzjonali tal-kbar. Il-progress ta’ players bħal Joseph Mbong, Juan Corbolan u Jake Grech għandu jixpruna lil dawn iż-żgħażagħ f’logħbiet bħal dawn.

    “Madankollu l-ispirtu tat-team u l-atmosfera pożittiva fid-dressing room tista’ tkun kruċjali biex jinkiseb riżultat pożittiv.”

    Huwa stqarr li l-grupp li jinsabu fih xejn m’hu faċli u jaf li minn dawn il-partiti tgħallmu lezzjonijiet importanti. Dan filwaqt li tenna li x-xorti ma kinitx magħhom f’xi partiti, l-aktar meta tilfu xi logħbiet fl-aħħar mumenti, waqt li t-tama hi li jagħlqu l-impenji tagħhom fuq nota pożittiva.

    Hu temm jgħid li jekk it-team jevita żbalji banali u jżomm kalm, kapaċi joħroġ l-aqwa tiegħu fiż-żewġ partiti rispettivi.

    Tkellem ukoll il-midfielder ta’ Birkirkara, Matthew Guillaumier, li qal li wara sena barra mill-azzjoni minħabba injury, jemmen li finalment wasal il-mument tiegħu wara li ħadem qatigħ biex jerġa’ jirritorna fil-forma normali tiegħu.

    Huwa tenna wkoll li jinsab fiduċjuż li l-għaqda li tirrenja bejn il-players f’dan it-team għandha twassal biex finalment jaslu l-ewwel punti f’dawn iż-żewġ logħbiet.

    Huwa qal: “Il-logħbiet ta’ xahar ilu kontra l-Belġju u Georgia waslu kmieni wisq fl-istaġun u fiżikament batejna fejn konna anki sfortunati. Wara ħames logħbiet oħra tal-kampjonat domestiku issa ninsabu f’kundizzjoni aħjar bit-tama li naqtgħu figura tajba.”

    Finalment it-team nazzjonali Malti qed jittama li l-pubbliku jgħinhom billi jagħtu s-sapport meħtieġ bit-tama li jiksbu riżultati prestiġjużi u jieħdu vantaġġ mill-fatt li se jkunu qed jilagħbu f’darhom.

    Il-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium u tibda fil-5.00 pm.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0