UNL: Malta megħluba mill-Kosovo

  • Ott 12, 2018 00:22
  • Miktub minn iNews
"

    Fit-tielet logħba tal-UEFA Nations League, barra minn darna Malta sfat megħ­luba mill-Kosovo bl-iskor ta’ 3-1.

    Mingħajr tlaqlieq, kienet rebħa meritata hekk kif il-Kosovani kienu teknikament u tattikament aħjar minna fejn ġew imċaħħda wkoll darbtejn mil-lasti.

    U minkejja li fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima l-Maltin urew l-aħjar logħob li fiha ksibna d-draw, kienet evidenti d-differenza bejn iż-żewġ timijiet.

    Minkejja li l-Kosovo huma “team ġdid” għall-football Ew­ropew, ħafna mill-players rinomati tagħhom jilagħbu f’bosta kampjonati Ewropej.

    Min-naħa tal-Maltin f’di­versi waqtiet meta kie­net taħt pressjoni, id-difiża dehret f’paniku u wriet nuqqas ta’ ħsieb kif setgħet toħroġ bil-ballun, tant, li d-difensuri bdew jitilfu l-pussess tal-ballun b’mod faċli biex bdejna nirregalaw l-inizjattiva lill-Kosovani.

    Wara tliet minuti l-avversarji heddew meta minn free-kick insidjuż Mergim Voj­voda ma laħaqx il-ballun bir-ras minn taħt il-lasti. Fit-12-il minuta, Andrew Hogg wettaq save kbir fuq kanunata ta’ Edon Zhegrova minn barra l-kaxxa wara li rċieva min­għand Vedat Mu­riqi.

    Fil-25 minuta, waslet l-ewwel azzjoni tal-Maltin iżda sfumat fix-xejn meta Michael Mifsud naqas li jżomm cross fit-tul f’tarf il-kaxxa.

    Żewġ minuti wara, Hogg reġa’ kien providenzjali għal Malta meta kien attent għax-xutt ta’ Edon Zhegrova. Iżda l-aħjar ċans tal-logħ­ba wasal fid-29 minuta meta Vedat Muriqi ħarab in-nasba tal-offside u pprova jantiċipa l-ħar­ġa ta’ Hogg billi jillobja l-ballun iżda l-goalkeeper Malti nnewtralizza fil-ħin.

    Madankollu minuta wara ma seta’ jagħmel xejn meta Benjamin Kololli ħareġ minn bejn Joseph Mbong u Steve Borg minn through pass perfett biex ipplejsja l-ballun fir-rokna tax-xibka.

    Fl-40 minuta, it-team Malti mpenja għall-ewwel darba lill-goalkeeper Samir Ujkani iżda x-xutt ta’ Mifsud minn barra l-kaxxa kien wisq dgħajjef.

    Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima l-Maltin ħelsuha ħafif meta Edon Zhegrova żbilanċja lil Steve Borg u b’xutt angolat ġie mċaħħad mill-wieqfa filwaqt li Vedat Muriqi għamel l-impossibbli meta b’lasti voj­ta xeħet barra.

    Sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin kisbu d-draw meta mill-corner imdawwar ta’ Clayton Failla, ANDREI AGIUS daħal bħal sajjetta u b’daqqa ta’ ras stupenda sammar il-ballun fix-xibka.

    Fis-60 minuta, Kolloli ppro­va jagħmel l-istess minn azzjoni ta’ corner iżda sab lil Hogg attent. Fil-65 minuta, Hogg laqa’ xutt fil-baxx ta’ Edon Zhegrova megħjun minn sieq il-lasta li deher destinat għal ġewwa.

    Iżda tliet minuti wara, il-Kosovo reġgħu marru fil-vantaġġ meta żball fid-difiża Maltija ppermetta lil Vedat Muriqi jiġi waħdu biex xeħet il-ballun fix-xibka.

    L-affarijiet għall-Maltin komplew jeħżienu meta, fis-70 minuta, tkeċċa Mifsud meta ntwera t-tieni karta safra għal foul inutli f’nofs il-ground.  U b’superjoritá numerika l-Kosovani komplew jattakkaw biex fit-78 minuta reġa’ kien Hogg li salva tajjeb fuq xutt angolat ta’ Rashica.

    Ma kienet l-ebda sorpriża li, fil-81 minuta, Benjamin Kololli, issiġilla r-rebħa b’xutt fil-baxx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0