“Il-Mediterran kollu huwa ċentru ta’ traffikar”

  • Ott 12, 2018 08:18
  • Miktub minn iNews

    Jisħaq dan il-Ministru Michael Farrugia b’reazzjoni għar-rapport li deher fil-ġurnal La Repubblica fejn intqal li Malta spiċċat fiċ-ċentru tat-traffikar…

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia rribatta r-rapport li deher fuq il-ġurnal Taljan La Repubblica fejn intqal li Malta spiċċat fiċ-ċentru ta’ traffikar, billi saħaq li l-Mediterran kollu huwa suxxettibbli għat-traffikar.

    Dan il-ġurnal talbu r-reazzjoni dwar l-imsemmi rapport bil-Ministru Farrugia jgħidilna li: “l-Mediterran kollu huwa ċentru ta’ traffikar. L-Unjoni Ewropea għandha l-Operazzjoni SOFIA, li parti minn xogħolha huwa li tidentifika kriminalità organizzata fil-Mediterran, jaqsmu l-informazzjoni ma’ diversi gvernijiet u dawn jikkollaboraw kollha bejniethom.”

    Dr Farrugia qal li kull inizjattiva li saret kemm f’Malta kif ukoll barra, kien hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn is-servizzi tas-sigurtà tal-pajjiżi bħalma ġara riċentament, fejn id-Dwana u l-Pulizija qabdu ammont kbir ta’ droga fil-Port Ħieles, liema droga kienet sejra mis-Sirja għal Libja.

    “Is-suċċessi jitkellmu waħedhom. Irnexxielna nkissru diversi ċrieki lokalment u permezz tal-kollaborazzjoni tagħna ma’ pajjiżi oħra, dan wassal biex huma wkoll ikissru ċ-ċrieki tagħhom,” tenna l-Ministru Farrugia. 

    “Kull baħar fid-dinja huwa baħar fejn isir diversi tipi ta’ traffikar. Wieħed mill-ibħra huwa l-Mediterran. L-intelliġenza miġbura minn diversi operazzjonijiet eżistenti fil-Mediterran juru li hemm mijiet ta’ bastimenti involuti fi traffikar ta’ fjuwil mil-Libja. Il-maġġor parti ta’ dan it-transbord huwa magħruf li jsir f’ibħra miftuħa.”

    “Mil-lat tal-Gvern”, tenna Dr Farrugia, “l-awtoritajiet dejjem jikkoperaw ma’ forzi dixxiplinati oħrajn ta’ pajjiżi differenti. Nikkordinaw ħafna xogħol bejnietna. Kien hemm informazzjoni li ġiet u waslitilna u kien hemm informazzjoni li bgħatniha aħna lil ħaddieħor.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0