Alfred Sant favur żieda ta' 5% tal-paga minima fl-UE

  • Ott 12, 2018 09:59
  • Miktub minn iNews

    Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi nazzjonali. Fejn il-paga minima teżisti fi ħdan il-pajjiżi tal-UE, taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli ta’ issa, il-paga minima nazzjonali għandha tiżdied b’tal-inqas 5%. Alfred Sant qal dan waqt id-dibattitu ‘Dħul Minimu għal Ewropa ġusta: dritt taċ-ċittadini’ fil-Parlament Ewropew.

    “Il-konsum privat kiber. L-esportazzjoni u l-investiment kibru. Il-qgħad qed ikompli jonqos u qiegħed viċin il-livelli ta’ qabel il-kriżi monetarja. Il-profitti tal-korporazzjonijiet żdiedu. Id-defiċit pubbliku u l-livelli tad-dejn qegħdin taħt kontroll. Iżda it-tqassim ta’ dan it-titjib ekonomiku mhux qed jitqassam tajjeb biex jilħaq il-klassi tal-ħaddiem u l-klassi tan-nofs; hawnhekk id-defiċit qed ikompli jikber. F’ħafna mill-każijiet fejn il-paga minima nazzjonali teżisti fl-Ewropa, xorta hija ħafna aktar baxxa mill-paga li wieħed jeħtieġ biex jgħix.”

    Alfred Sant qal li d-diverġenzi bejn dawk li jaqilgħu l-aktar u dawk li jaqilgħu l-inqas baqgħet tiżdied. Dan mhux ġust. Skemi ta’ Dħul Minimu jintużaw bħala appoġġ għal dawk il-ħaddiema u l-individwi l-aktar vulnerabbli li ma għandhomx garanzija ta’ livell ta’ għixien adegwat permezz ta’ ħidmiethom. Dawn l-iskemi bil-kemm qed jirnexxielhom jagħmluh dan. Wasal iż-żmien biex dawn l-iskemi imorru lil hinn minn dak li huwa minimu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook