Delia: Ma nispekulax dwar Egrant… meta mistoqsi jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni ta’ Busuttil fil-Parlament

  • Ott 12, 2018 10:47
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jibqa’ jsostni li għadu jemmen li l-kumpanija Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap attwali Adrian Delia ma jaħsibhiex l-istess u qal li jippreferi ma jispekulax f’dan ir-rigward.

    Dan ikompli juri d-differenza li hemm fil-ħsieb u l-istil tat-tmexxija tat-tnejn li huma, fejn fuq naħa Busuttil qed jisħaq li l-Prim Ministru jaf ta’ min hi Egrant u għadu jemmen li hi tiegħu, u dan minkejja li l-inkjesta indipendenti kkonkludiet li din fil-fatt ma kinitx tiegħu, waqt li mill-banda l-oħra Delia qed ikun aktar kawt.

    Delia qalilna li huwa jaqbel li din l-inkjesta, “li swiet ‘il fuq minn miljun ewro”, stabbiliet ta’ min mhemmx biżżejjed provi li turi ta’ min hi u mhux ta’ min hi.

    Waqt li qal li huwa ma jispekulax dwar il-kumpanija Egrant, Delia saħaq li jaf żgur li nfetħu żewġ kumpaniji oħra mill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. 

    “Ejja ma nispekulawx. Ejja naraw ta’ min hi. Hekk tieqaf l-ispekulazzjoni, jkollna s-serħan tal-moħħ u l-pajjiż ikun jista’ bilmod jerġa’ jibni r-reputazzjoni tiegħu,” tenna l-Kap tal-PN Adrian Delia.

    Il-kwistjoni tal-Egrant ġiet diskussa wkoll fil-Parlament u minħabba l-battibekk li nqala’ bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, is-seduta tat-Tlieta kellha tiġi sospiża għal xi ħin. 

    Il-kwistjoni nqalgħet wara kummenti ta’ Busuttil, fejn il-Prim Ministru qallu u wara kkonferma dan, li la ma talabx skuża għall-allegazzjonijiet infondati fuq Egrant, Busuttil kien giddieb u frodist.

    Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru sostna li kien hemm falsifikazzjoni għax il-firma ta’ martu kienet falsifikata. X’ħin kompliet is-seduta, d-Deputat Nazzjonalista qal li apparti li jiċħad l-akkużi u li kien kburi b’dak li għamel dwar Egrant, talab ruling biex il-Prim Ministru jissostanzja l-akkużi li saru fil-konfront tiegħu.

    Fil-kummenti tiegħu lil L-ORIZZONT, il-Prim Ministru kien skuża ruħu għat-ton li uża fil-Parlament iżda qal li dan kien suġġett emozzjonali ħafna għalih għax hu u familtu għaddew minn kalvarju sħiħ fuq allegazzjoni li kienet gidba assoluta mill-bidu sal-aħħar.

    Huwa qal li Simon Busuttil jew was taken for a big ride f’dan kollu jew inkella kien parti minn sistema li għamlet falsifikazzjonijiet u ppruvat iddaħħal distabilizzazzjoni fil-pajjiż u anke wasslet għal sitwazzjoni ta’ elezzjoni ġenerali fost oħra. 

    Dr Muscat reġa’ nsista li Simon Busuttil għandu jerfa’ r-responsabbilità, u jerfagħha mhux billi jitneħħa minn kelliem għall-Oppożizzjoni imma billi ma jibqax jirrappreżenta lill-poplu fil-Parlament għax dak kollu li bbaża ruħu fuqu kien gidba mill-bidu sal-aħħar. Huwa qal li l-attitudni ta’ Busuttil leaves much to be desired.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0