Mill-inqas 31 persuna jmutu f'valangi ta' tajn fl-Uganda

  • Ott 12, 2018 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 31 persuna nstabu mejtin fil-Lvant tal-Uganda wara li xita qliel wasslet għal valangi ta' tajn. Dan kien ikkonfermat illum minn uffiċjali tal-Gvern tal-pajjiż.

    “In-numru tal-vittmi huwa kkonfermat li huwa ta’ 31 persuna,” qal il-Kummissarju għal Preparamenti għal Diżastri Naturali Martin Owor f’kummenti li għadda lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP.

    L-inċident seħħ matul il-jum tal-bieraħ bix-xita qawwija twassal ukoll għal għargħar fid-distrett ta’ Bududa.

    Mill-inqas 100 persuna nqatlu f’valanga ta’ tajn f’Bududa f’Marzu tal-2010. Dan filwaqt li valanga ta’ tajn oħra fl-2012 kienet qerdet għal kollox tliet irħula.

    Sforzi mill-Gvern biex iċaqlaq persuni vulnerabbli minn distretti meqjusin f’riskju ntlaqgħet b’xettiċiżmu mir-residenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0