Muscat iqajjem mistoqsijiet dwar id-drittijiet tar-robots

  • Ott 12, 2018 12:16
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrimarka li fil-futur jaf inkunu rridu nistaqsu jekk ir-robots u l-makkinarji li se nużaw għandux ikollhom drittijiet u f'każ li iva xi jkunu.

    Huwa qal dan waqt li kien qed jindirizza l-Malta Innovation Summit li iddiskuta l-innovazzjoni fid-dinja tal-lum.

    Muscat irrimarka li l-gvernijiet jaf ikollhom jagħmlu liġijiet biex jirregolaw ix-xogħol li jagħmlu l-makkinarji.

    Huwa enfasizza kif kienet l-innovazzjoni li għenet lil Malta tinbidel matul is-snin minn ekonomija dipendenti fuq il-manifattura għal dik tas-servizzi finanzjarji u l-igaming u issa l-'blockchain'.

    Il-Prim Ministru tenna s-sejħa li għamel ftit tal-jiem ilu li l-pass li jmiss għal Malta huwa li tiffoka fuq l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u kien hawn li qajjem mistoqsijiet dwar id-drittijiet tar-robots.

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri irrefera għall-qasam tal-'blockchain' u kif issa li din il-viżjoni qed titwettaq pajjiżna qed iħares lejn setturi oħra.

    Huwa wkoll irrefera għall-AI bħala l-pass li jmiss li tidħol fih pajjiżna flimkien mal-'quantum technology' fost oħrajn fejn irrimarka li jekk Malta taġixxi malajr kapaċi ssir l-ewwel pajjiż li jimplimenta l-'quantum communication technology' fuq bażi kummerċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0