Mixlija li serqet mill-McDonald’s ta’ Birkirkara

  • Ott 12, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Mara ta’ 43 sena, tressqet il-Qorti mixlija li wettqet hold-up ġewwa l-istabbiliment McDonald’s li jinsab fi Triq il-Wied, Birkirkara.

    Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-6 u s-7 ta’ Ottubru li għadda, fejn il-mara allegatament daħlet fil-ħanut, bdiet tipponta jdejha, li kienet imgeżwra f’xugaman u talbet il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 18-il sena.

    Il-mara ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti. Fl-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa kien hemm impjegati oħra iżda b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident. 

    Hija tressqet il-Qorti akkużata li wettqet hold up, li ssekwestrat minn tal-inqas tliet persuni fil-ħanut u li nhar it-2 ta’ Ottubru li għadda ipprovat tagħmel hold-up ieħor f’banka tal-lottu f’Tal-Pietà.

    Polidano wieġbet mhux ħatja għall-akkużi hekk kif miġjuba kontra tagħha iżda baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv.

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit, Elton Taliana u Fabien Fleri mentri l-Avukat Martin Fenech deher għall-mara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0