Is-salarji jiżdiedu bi 3% f’sena

  • Ott 12, 2018 15:29
  • Miktub minn iNews

    MISCO tippubblika is-Salaries and Benefits Report…

    Is-salarji f’Malta għolew b’medja ta’ tlieta fil-mija matul it-tnax-il xahar li għadda, l-aħħar figuri ta’ MISCO jiżvelaw. Informazzjoni ppublikata fis-Salaries and Benefits Report 2018/2019 juru żieda stabbli fil-pagi fil-parti l-kbira tax-xogħlijiet.

    Ir-rapport annwali minn MISCO janalizza ir-remunerazzjoni offruta lil aktar minn 100 pożizzjoni. L-għola żieda kienet reġistrata f’xogħolijiet relatati mal-IT b’qabża ta’ 5%; filwaqt li s-salarji f’Sales u Marketing, u Finanzi żdiedu bi 3.5% u 3% rispettivament. Xogħlijiet fl-Inġinjerija u Tiswijiet għolew b’perċentwal.

    “Il-kumpaniji qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jippjanaw l-allokazzjoni għall-pagi f’suq tax-xogħol daqstant dinamiku,” qalet Joanne Bondin, Direttur tas-Servizzi ta’ Konsulenza fi ħdan MISCO. “Is-Salaries and Benefits Report jipprovdi ċarezza billi jagħti ħarsa fil-fond lejn ir-remunerazzjoni offruta f’diversi setturi.”

    L-istudju jinvestiga firxa sħiħa ta’ kategoriji li jinkludu pożizzjonijiet maniġerjali, eżekuttivi, klerikali, u rwoli tekniċi skont is-setturi tagħhom fil-privat, kumpaniji b’investiment barrani, jew pubbliċi, kemm fis-servizzi u kemm fil-manifattura.

    “Din l-edizzjoni hija r-riżultat ta’ riċerka fost 110 pożizzjoni differenti li ġew aġġustati b’mod espert sabiex jirriflettu x-xejriet fis-suq illum,” qalet Joanne Bondin, li tagħmel is-Salaries u Benefits Report l-aktar analiżi komprensiva u aġġornata tas-suq tax-xogħol.

    Apparti minn informazzjoni preċiża sabiex tinforma deċiżjonijiet strateġiċi dwar salarji, ir-rapport minn MISCO joħroġ ukoll riżultati nteressanti minn riċerka li saret fil-qasam tar-Riżorsi Umani f’Malta.

    Id-domanda għal salarji aktar għoljin hija l-akbar sfida li jħabbtu wiċċhom magħha l-kumpaniji, skont dan l-istudju. Il-professjonisti tar-Riżorsi Umani qalu wkoll li hemm nuqqas ta’ persuni b’esperjenza fis-suq, filwaqt li t-tħassib dwar nuqqas ta’ kandidati kważi rdoppja minn sena ilu ‘l hawn. Id-diffikultà biex jinstabu kandidati b’esperjenza xierqa, flimkien mal-pressjoni biex jogħlew is-salarji jippreżentaw, għalhekk, l-akbar uġiegħ ta’ ras għad-dipartimenti tar-Riżorsi Umani.

    Ir-ritenzjoni tal-ħaddiema, fil-fatt, żviluppat f’funzjoni ewlenija għall-professjonisti f’dal-qasam, hekk kif sebgħa minn kull għaxra jiddikjaraw li din hija l-għola prijorità f’xogħolhom. Sfidi oħra għar-Riżorsi Umani huma l-motivazzjoni tal-impjegati, u l-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom.

    B’esperjenza ta’ aktar minn 35 sena, MISCO għandha dak kollu li jinħtieġ biex toffri stampa ċara u fil-fond tax-xejriet u l-kurrenti fis-suq tax-xogħol. Is-Salaries and Benefits Report huwa r-riżultat tal-kompetenza ta’ MISCO fl-oqsma tar-Riżorsi Umani, Reklutaġġ, Riċerka, u Taħriġ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook