Mixli li darab gravi ġuvni wara argument

  • Ott 12, 2018 16:27
  • Miktub minn iNews
"

    Joe Zahra ta’ 34 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti mixli li fera raġel ieħor wara argument li seħħ f’residenza fi Triq Tumas Galea, Birkirkara. Il-każ seħħ it-Tlieta. 

    Huwa kien akkużat li kkaġuna feriti ta’ natura gravi b’daqqiet ta’ sikkina fuq Timothy Mangion, żagħżugħ ta’ 20 sena li għadu rikoverat l-Isptar Mater Dei. 

    Il-pulizija tar-Rapid Intervention Unit, li marru fuq il-post, żgassaw il-bieb tar-residenza biex jidħlu u sparaw bit-taser fuq l-aggressur li iżda rnexxielu jiżgiċċa u qabeż fil-bitħa ta’ dar oħra. Il-pulizija sparaw żewġ tiri fl-ajru bħala twissija u rnexxielhom jarrestaw lill-allegat aggressur ftit tal-ħin wara.

    Zahra wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba kontrih, bid-Difiża titlob li jingħata l-ħelsien mill-arrest, liema talba pero’ ġiet miċħuda mill-Qorti. Għaldaqstant huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Christina Delia. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0