Tnedija tat-Tmien Edizzjoni ta’ ŻiguŻajg: Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ

  • Ott 12, 2018 17:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-festival popolari u rebbieħ ta’ diversi premjijiet jirritorna bi programm imżewwaq b’ 27 proġett minn 11-il pajjiż differenti… 

    It-tmien edizzjoni ta’ ŻiguŻajg: Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ ġiet uffiċjalment imnedija llum.

    Immirat għal tfal mill-età ta’ sitt xhur ’il fuq, il-proġetti jinkludu firxa varjata ta’ arti performattiva, inkluż teatru, wirjiet bil-pupazzi, mużika, żfin, film, opra, workshops u ħafna aktar, bil-kumpaniji parteċipanti ġejjin minn 11-il pajjiż differenti.

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali  Owen Bonnici waqt it-tnedija qal li “sa mill-bidu tiegħu, ŻiguŻajg kiber b’rata kostanti kemm fid-daqs kif ukoll fil-kwalità, biex isir attrazzjoni ewlenija tas-sena kulturali f’Malta; il-Festival għal darb’oħra mistenni jilqa’ eluf ta’ tfal u familji tul l-għaxart ijiem t’attivitajiet.”

    “Filwaqt li l-festival se jkun iffukat prinċipalment fil-Belt Valletta u l-madwar, għal darb’oħra se jilħaq udjenzi f’Għawdex, b’żewġ proġetti li se jsiru apposta għal hemm” żied jgħid  il-Ministru Bonnici.

    “Għat-tmien edizzjoni tiegħu, se nkunu qed nippreżentaw esperjenza unika ta’ ċelebrazzjoni b’attivitajiet fit-toroq, installazzjonijiet interattivi fil-pjazez ewlenin, u xogħlijiet artistiċi oħra f’aktar minn 20 post differenti,” jgħid id-Direttur tal-Festival Daniel Azzopardi. “Matul is-sena li qed niċċelebraw il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Belt Valletta se sservi bħala sfond mill-isbaħ għall-programm tagħna, li jfittex li jsaħħaħ il-kwalità u l-eċċellenza fis-settur kreattiv.”

    L-edizzjoni tal-festival ta’ din is-sena se tiffoka wkoll fuq l-iżvilupp professjonali ta’ artisti żgħażagħ lokali li jaspiraw li jkollhom karriera fl-industrija, filwaqt li ġiet imfassla wkoll strateġija favur l-ambjent biex tqajjem kuxjenza fost l-udjenzi u s-settur kreattiv dwar l-importanza ta’ pjan ambjentalment sostenibbli.

    ŻiguŻajg issa ngħata l-Premju għall-Arti, u kien rebbieħ tal-premju għall-Aqwa Programm Artistiku; irċieva wkoll rikonoxximent internazzjonali mill-Assoċjazzjoni tal-Festivals Ewropej (EFFE) għal fatt li huwa “...b’saħħtu fil-kwalità artistika u b’punti għoljin fl-impenn u l-involviment komunitarju Ewropew u internazzjonali.”

    ŻiguŻajg huwa organizzat mill-Fondazzjoni Kreattività u se jittella’ bejn is-16 u l-25 ta’ Novembru 2018. Il-biljetti se jkunu disponibbli onlajn minn nhar il-Ġimgħa 12 t’Ottubru. Għal aktar informazzjoni żur www.ziguzajg.org

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0