Jikser ordni ta’ protezzjoni billi ċempel lil martu

  • Ott 12, 2018 18:45
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li kiser ordni tal-Qorti billi kien ċempel lil martu biex jistaqsiha dwar uliedhom. 

    Ir-raġel, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tkun protetta l-identità tat-tliet uliedu, tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella mill-Ispettur Matthew Spagnol. 

    Il-Maġistrat Vella semgħet kif kien hemm ordni ta’ protezzjoni, li ċċaħħad lill-akkużat milli b’xi mod jikkuntattja lill-mara. Ġara li huwa kien ċemplilha biex isolvi xi kwistjonijiet dwar l-aċċess għat-tfal, u b’hekk kiser l-ordni tal-Qorti. 

    Ir-raġel kien mixli li uża vjolenza morali u psikoloġika kontra l-eks martu, li kkawżalha biża’, li kiser ordni ta’ protezzjoni u li nsulenta u hedded lill-mara.

    Minħabba n-natura serja tal-akkużi miġjuba kontrih u l-ksur tal-ordni tal-protezzjoni, l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel u għaldaqstant baqa’ jinżamm arrestat. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0