Fondazzjoni RISE: kull sentenza tal-Qorti hija għal għomor

  • Ott 12, 2018 18:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Fondazzjoni RISE, li taħdem mal-priġunieri biex jintegraw lura fis-soċjetà, qed tappella biex il-pajjiż jemenda l-liġijiet ħalli min jingħata sentenza mill-Qorti ma tkunx waħda li taffettwah għal għomru.

    Hija kienet qed tirreferi għall-każ fejn persuna involut fir-riforma dwar is-sistema tal-ħabs kellu jirriżenju mill-bord tal-Ħabs għax 20 sena ilu ngħata sentenza mill-Qorti.

    “Ikollna nammettu li diżgrazzjament f'pajjiżna, kull min iwettaq att kriminali jew żgħir anke jekk tiegħu ikun ħa sentenza sospiża, fil-verita jkun ħa sentenza ta' għomor. Dan għaliex is-soċjeta tagħna tibqa' tidentifika l-persuna mar-reat li jkun għamel tul is-snin kollha ta' ħajtu”.

    L-imsemmija fondazzjoni staqsiet għaliex persuna li messet mal-ġustizzja 20 sena ilu għandha tibqa' ġġorr il-“katina” tas-sentenza tul ħajjitha kollha u minkejja li jkun integra b'mod sħiħ fis-soċjeta jibqa' “bil-manetti f'idu”.

    Ir-RISE rrimarkat li f'pajjiż fejn l-unika riżors tiegħu huma n-nies ma nistgħux nibqgħu neskludu persuni għax ikunu żbaljaw darba u staqsiet kif nistgħu nitkellmu fuq rijabilitazzjoni jew fuq riforma jew bniedem jibqa' eskluż għal dejjem.

    L-istess fondazzjoni fakkret li hija u l-GWU diġa ressqu proposti għall-baġit li ġej intiżi biex isaħħu r-riforma għall-persuni li jixtiequ jerġgħu jkunu parti mis-soċjeta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0