Is-servizz tal-elettriku f’Malta huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar servizzi fl-Unjoni Ewropea

  • Ott 12, 2018 20:42
  • Miktub minn iNews
"

    Meta mqabbel mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej, is-servizz tal-elettriku f’Malta huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar servizzi fl-Unjoni Ewropea.

    Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea li ġie ppubblikat illum, il-Consumer Market Scoreboard, li huwa rapport li jevalwa l-impatt li s-suq Ewropew qiegħed iħalli fuq il-konsumaturi Ewropej. Minn dan ir-rapport wieħed ikun jista’ jara fid-dettall l-evalwazzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-setturi u swieq differenti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

    F’dan il-kuntest, ir-rapport isemmi li minn 23 qasam ta’ servizzi differenti f’Malta, kemm fl-2013 u anke fl-2017, seba’ oqsma wrew titjib mis-sena 2013. Fuq quddiem insibu s-servizzi tal-elettriku, li bejn l-2013 u l-2017 raw żieda ta’ kważi 6 punti. L-indikatur għas-servizzi tal-elettriku (average market performance indicator) huwa ta’ 80.6, li, meta mqabbel, jirriżulta li s-servizzi tal-elettriku f’Malta huma 4.2 punti ogħla minn dawk fil-medja Ewropea.

    Fil-fatt, skont dan ir-rapport, il-fiduċja tal-konsumatur fis-servizzi tal-elettriku f’Malta kompliet dejjem tiżdied.

    It-titjib li sar ipoġġi lil Malta f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi bħad-Dannimarka, l-Isvezja, l-Olanda, l-Ingilterra, l-Italja, Portugal u Spanja, fost pajjiżi oħra.  

    F’kumment bħala reazzjoni għal dan ir-rapport, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li dan huwa riżultat ċar tar-riforma li saret fil-qasam tal-enerġija matul dawn l-aħħar snin, li bla dubju wasslet biex illum il-konsumatur Malti qed igawdi minn iżjed benefiċċji.

    Huwa qal li l-Gvern se jibqa’ impenjat biex iżomm din it-trend għaddejja u jassigura li ċ-ċittadini Maltin jingħataw l-aħjar servizz.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0