Intemmet b’suċċess l-iktar sfida diffiċli ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge

  • Ott 12, 2018 21:17
  • Miktub minn iNews
"

    It-tim tal-2018 Foster Clark LifeCycle Challenge, li jikkonsisti f’27 ċiklist u back-up support timwaslu lura Malta qawwijin u sħah illum (il-Ġimgħa 12 ta' Ottubru 2018). Meqjusa bħala l-ikbar u l-aktar sfida diffiċli fis-serje mindu saret l-ewwel darba fl-1999, l-isfida ta’din is-sena ħadet liċ-ċiklisti fuq vjaġġ bir-rota minn Abu Dhabi għal Salalah fin-Nofsinhar ta' Oman.           


    Bl-għajnuna ta’ Foster Clark, li tat għotja ta’ €25,000 li se jmorru għar-riċerka fil-kliewi li qed issir fl-Università ta’Malta, u mmexxija mill-fundatur tal-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) Alan Curry, il-LifeCycle Challenge ilha ssir kull sena għal dawn l-aħħar 19-il sena b’risq il-pazjenti li jbatu bil-marda tal-kliewi.

    Għaxart ijiem fuq ir-rota b’uħud mill-vjaġġi itwal minn 200 kilometru, iċ-ċiklisti qadfu l-aktar fuq toroq fid-deżert, madwar muntanji u għoljiet b’ħafna tlajja u nżul, u bla dubju fis-sħana qawwija. Humakuljum ħassewhom pjuttost eżawriti, iżda l-kuraġġ, id-dedikazzjoni u li jafu li qed jgħinu għall-kawża daqshekk nobbli, żammew ruħhom iffukati sew biex jaslu sad-destinazzjoni finali.   

    “Li spiċċajna din l-akbar sfida kienet ġurnata memorabbli għalina. Kellna xi ftit korrimenti matul ir-rotta, ħames ċiklisti kellhom filfatt jirtiraw, filwaqt li 16 spiċċaw l-isfida kollha,” qal Alan Curry. "Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) se tkompli bil-ħidma tagħha biex tiġġenera iktar kuxjenza dwar il-mard tal-kliewi,il-kura aħjar għall-pazjenti, u biex inkomplu nsostnu r-riċerka fil-problemi tal-kliewi. Nirringrazzjaw lill-isponsortat-titlu Foster Clark, l-isponsors l-oħra tagħna, iċ-ċiklisti tagħna u t-tim ta’appoġġ li tant ħadmu matul din l-isfidaiebsa. F’moħħna dejjem inżommu lil dawl il-pazjenti li jbatu minn mard tal-kliewi u l-familji tagħhom.”

    “Nilqgħu lura l-eroj ta’Foster Clark LifeCycle Challenge,” qal John Schembri, il-Kap tal-Operat ta’Foster Clark. "LifeCycle Challenge taqsam l-istess mentalità u valuri bħall-kumpanija tagħna. Ma nistgħux inkunu aktar kburin minnhekk li qed nagħtu appoġġ lil Alan Curry u lit-tim kollu tiegħu fil-kawża nobbli tagħhom għat-tieni sena konsekuttiva.”          
    Fejn taħsbu li se ssir l-edizzjoni ta’ 2019 ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge? Komplu segwu l-paġna Facebook u l-websajt tagħna: www.lifecyclechallenge.com għal aġġornamenti.

    Għotjiet għal din il-karita’ jistgħu jsiru online fuq is-sit: www.lifecyclechallenge.com jew inkella permezz ta' sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99; 5061 9229 = €11.65; jew permezz ta’sejħa għal 5160 2020 = €10, 5170 2005 = €15; u 5180 2006 = €25. Id-dettalji tal-bank huma kodiċi Swift VALLMTMT, numru IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, Isem tal-Bank: Bank of Valletta, Numru tal-Kont 14814521017.

    Il-LifeCycle Challenge għandha  l-appoġġ ukoll ta’ StartUp Malta, LaFerla, NexiaBT,  BPC, Vibrations PositivTattoo Studio Malta, Hilltop Gardens, SR Technics, St Michael School u St Michael Foundation, Tri-Mer Services Ltd, The Alfred Mizzi Foundation, GIG, P Cutajar, Tier1FX, Premier Capital,Leo Vegas Mobile Gaming Group, Air Malta, API Technologies Corp., Attard Brothers Group, M.Demajo Group,APS Bank, Corinthia Group of Companies, de Rohan, Medelec, Oil Tanking, KBC Euro, Salini Resort, Flobour Malta, Bioness, Collis Williams, Credorax, Dorado Games, EF Management Consultants, EY, Gollcher, GTG Advocates, J. Lautier, Crimsonwing, MA & A., MIDI, Maypole, Omni Freight Services, P2M, RS2, Prime, Satariano, Striped Sox, PM Hobby, Pemix Distributors Ltd, The Gift Lane, 1st Cospicua Scout Group, Carmelo Delia, Streetcom, Bathroom Design, Debono Group, Vodafone Malta Foundation, EFQ Management Consultants,u Techwood International fost ħafna negozji oħra u individwi privati

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0