Badminton ? L-MABC jorganizza tournament internazzjonali b’suċċess kbir

  • Ott 20, 2018 00:18
  • Miktub minn iNews
"

    Msida Arrows Badminton Club (MABC) dan l-aħħar organizza tournament internazzjonali bis-sehem ta’ numru ta’ players Sqallin.

    Din l-iskwadra kienet magħmula mill-aqwa players Sqallin li ġew magħżula għal dan l-avveniment.

    It-tournament kien magħmul minn kompetizzjoni tat-timijiet kif ukoll oħra individwali.

    It-timijiet ikkompetew f’tournament tri-angolari bis-sehem tat-tielet team li kellu l-isem ta’ “Shuttlerockers”.

    Kull partita kienet magħmula minn ħames logħbiet separati: Men’s u Women’s Singles, Men’s u Women’s Doubles kif ukoll Mixed Doubles. It-tournament individwali kien jikkonsisti minn kompetizzjonijiet separati tas-singles u tad-doubles.

    Dan l-avveniment sportiv sar fil-Kulleġġ St Martin’s, fis-Swatar, u kien mifrux fuq jumejn.

    Il-kompetizzjoni tat-timijiet intrebħet mit-team Sqalli b’dak ta’ “Shuttlerockers” jiġi fit-tieni post.

    Fil-kategorija individwali, kien hemm sodisfazzjon għall-fatt li l-finali tal-women’s singles kienet milgħuba minn żewg tfajliet lokali: Elenia Haber u Christabel Cachia, b’tal-ewwel telgħeb lil seħbitha biex tikseb it-titlu.

    Iż-żewg tfajliet imbagħad komplew flim­kien fit-triq tas-suċċess bir-rebħ tat-titlu tal-Women’s Doubles.

    Dawn huma r-rebbieħa taż-żewġ titli l-oħra:

    Men Singles: Luigi Izzo; Men Doubles: Ro­berto La Rocca/Salvatore Santangelo.

    L-MABC stqarr l-apprezzament tiegħu għall-entużjażmu ta’ dawk kollha li ħadu sehem kif ukoll għal-livell għoli ta’ logħob matul l-avveniment kollu.

    Huwa tenna d-determinazzjoni tiegħu li jkompli joffri okkażjonijiet oħra ta’ din ix-xorta lill-membri kollha tiegħu biex jgħinhom ikomplu jtejbu l-livell tal-logħob tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0