Said: Steward u l-Gvern kompliċi dwar mewt ta' pazjent

  • Ott 24, 2018 19:49
  • Miktub minn iNews
"

    Id-deputat Nazzjonalista Chris Said akkuża lill-Gvern u lill-kumpanija Steward, li fost oħrajn tmexxi l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, b'kompliċita dwar il-mewt ta' pazjent madwar xahrejn ilu.

    Fil-Parlamnet huwa rrimarka li fl-24 ta' Awwissu pazjent miet fl-imsemmi sptar wara li ma kienx hemm ħelikopter biex jieħdu l-Isptar Mater Dei biex jiġi ikkurat għal attakk tal-qalb.

    Said qal li kien il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar t'Għawdex li ġibed ir-ritratti tal-ħelikopter f'Għawdex siegħat wara biex tingħata l-impressjoni li l-ħelikopter kien hemm.

    Id-deputat Nazzjonalista iddeskriva l-inkjesta li saret dwar dan il-każ bħala 'cover-up' u “fażulla” għax kienet intiża biex tgħatti n-nuqqas ta' ħelikopter u l-mewt tal-imsemmi pazjent.

    Said sfida lill-Ministru għas-Saħħa biex jippubblika l-inkjesta, jgħid jekk fil-fajl tal-pazjent hemmx imniżżel li ħelikopter ma kienx hemm u jikkonfermax li din kienet l-ewwel darba li ġrat għax infurmat li ġrat drabi oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0