Jingħataw l-aħħar tislima l-membri taż-żewġ familji li mietu fit-traġedja fl-Italja

  • Nov 06, 2018 12:45
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif jumejn ilu, tnax-il membru ta’ żewġ familji tilfu ħajjithom wara li nġabru f’villa f’Casteldeccia biex iqattgħu lejla flimkien, aktar kmieni dalgħodu folla numeruża nġabret fil-Katidral ta’ Palermo biex tagħtihom l-aħħar tislima.

    Fost il-ħafna messaġġi ta’ kondoljanzi kien hemm dawk li saħqu li minkejja dawn it-traġedji l-awtoritajiet Taljani baqgħu b’idejhom fuq żaqqhom u oħrajn esprimew niket quddiem din il-mewta li ġiet biex “tagħżel lil dawn l-anġli u tgħollihom lejn il-Mulej”. Fost dawk preżenti spikkaw il-bżieżaq bojod.

    Il-lejl pjanat mill-familji kellu konsegwenzi koroh kawża tal-ilmijiet li ħakmu f’Casteldeccia fl-Italja b’dawk li rnexxielhom isalvaw kienu biss missier u bintu li ħarġu jagħmlu qadja u missier ieħor li rnexxielu jitla’ ma’ siġra. Il-vittmi jvarjaw minn tarbija ta’ sena, tfal ta’ tlieta u ħmistax-il sena san-nanniet tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0